Chelsea saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika tal-Premier League b’rebħa ta’ 3-1 barra minn darhom għand Norwich. Huma fetħu l-iskor fit-tielet minuta meta minn corner ta’ Mason Mount, Trevor Chalobah xeħet bir-ras fix-xibka. Chelsea rdoppjaw fl-14-il minuta meta kien Kai Havertz li żmarka lil Mason Mount li kkonkluda fix-xibka għal 2-0. Norwich daħlu fil-partita fid-69 minuta meta Trevor Chalobah deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-11-il metru Teamu Pukki ma żbaljax għal 2-1. Madanakollu Chelsea għalqu l-partita fid-90 minuta meta kien Kai Havertz li tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 3-1.
F’partita oħra Aston Villa taw is-sitt telfa konsekuttiva lil Leeds meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0. Il-Villians marru fil-vantaġġ fi-22 minuta b’gowl ta’ Philippe Coutinho. Huma rdoppjaw fil-65 minuta meta minn pass ta’ Danny Ings, kien Matty Cash li għadda tajjeb u xeħet fix-xibka għal 2-0. Aston Villa għalqu l-partita fit-73 minuta meta minn pass ta’ Tyrone Mings kien l-eks Arsenal Calum Chambers li tefa’ fix-xibka għal 2-0.
PREMIER LEAGUE
Illum: Norwich v Chelsea 1-3, Southampton v Newcastle 1-2, Wolves v Watford 4-0, Leeds v Aston Villa 0-3
//= $special ?>