Elezzjoni 2022 Lokali

Erġa’ segwi d-dibattitu bejn il-mexxejja politiċi organizzat mill-Università

LIVE – SEGWI D-DIBATTITU LIVE HAWN

14:41 – Robert Abela qal li ma kkuppjax il-proposti tal-PN u qal li mill-ewwel sigħat neda miżura.

Hu għalaq b’messaġġ liż-żgħażagħ jekk iridx il-kontinwita jew le filwaqt li ammetta li zbalji saru.

Mhux se ngħidilkkom ivvutaw Labourt – ‘iflu sew u ddeċiedu’ qal Abela filwaqt li appella għal vot għal ambjent aħjar.

Abela ma laqax l-istedina li għal jum wieħed titwaqqaf il-kampanja elettorali u pajjiżna jingħaqad f’marċ ta’ paċi favur il-poplu Ukren.

14:37 – Bernard Grech jgħid li kkonferma għaliex Robert ABela ilu jaħrab li jiddibatti miegħu għax ħlief ibeżża u jkun negattiv m’għamilx. Aħna għand vizjoni . U allura l-futur issa f’idejkom. Intom għandkom ħolma. Bħal ma jkollu kulħadd.

Għalhekk għandna bżonn u obbligu li nagħtu t-tama permezz tal-viżjoni tagħna. Viżjoni msawra fuq il-ħolqien tal-ġid.

Sal-lum Ribert Abela għadu ma qalx settur ekonomiku wieħed li se jikkrea għalikom.

F’idejkom għandkom f’idejkom passaport għall-futur.

Benard Grech, għalaq b’appell lil Rober Abela biex nhar is-Sibt tieqaf il-kampanja u minflok isir marċ ta’ paċi favur il-poplu Ukren.

14:35 – Ivan Grech Mintoff jgħid li wieħed għandu jistqasi jekk hux kuntent b’Robert Abela u Bernard Grech. Jgħid li hu għandu problema jafda lil min ħoloq il-problemi. Jappella għal vot li jbiddel l-affarijiet. Hu qal li jeħtieġ li Malta tbiddel ir-rotta.

14:33 – Paul Salamone jgħid li l-Partit Popolari mill-ewwel beda idur għand in-nies biex jisma’ l-karba tan-nies. Hemm barra hemm faxxa ta’ nies li qed jgħix fil-faqar. Irrakkonta kif persuna li kelllmitu qed jieħu d-dawl mingħand ħaddieħor għax ma jistax iħallas il-kont. Jgħid li l-PP irid li l-Maltin kollha jkollho dritt għal għajxien diċenti.

14:31 – Carmel Cacopardo jgħid li għandna problema ta’ ndafa pubblika. Jitkellem dwar il-partiti u jgħid li huma ‘ħallelin’.

14:31 – Messaġġi konklussivi. L-ewwel wieħed mingħand Carmelo Cacopardo

14:29 – Ivan Grech Mintoff jgħid li l-edukaturi għandhom idejhom marbutin mill-Ministru tal-Edukazzjoni. Għal dan, Bernard Grech jistaqsi liema Ministru tal-Edukazzjoni – għax fl-aħħar ħames snin kien hemm tliet Ministri differenti.

14:27 – Bernard Grech jgħid li l-edukaturi huma għal qalb il-PN – dawn jaħdmu mit-Tenjn sal-Ħadd u ma jaqilgħux €28,000. Robert Abela għadu ma jafx kemm se jtihom. Grech qal li l-PN jaf eżatt x’qed jgħid dwar l-edukaturi.

Bħalissa, hemm nuqqas kbir ta’ edukaturi għax għall-Gvern Laburista, l-edukaturi mhumiex priorità.

14:26 – Paul Salamone jispjega li l-edukaturi jistħoqqilhom pagi ferm aħjar għax dawn jaħdmu mhux biss l-iskola imma jkomplu bil-ħidma tagħhom mid-dar.

14:25 – Robert Abela jgħid li issa se jagħti titjib bis-saħħa lill-edukaturi imma mhux se jikkummenta dwar ċifri.

14:25 – Cacopardo jgħid li r-rispett lejn l-edukaturi huwa nieqed ferm u dan qed jagħmel ħsara kbira.

14:24 – Mistoqsija – Nemmnu li l-edukaturi ħaqqhom pagi aħjar. Qed twegħdu ħafna. Xi tfissru bihom?

14:22 – L-aħħar mistoqsija mill-istudenti – mistoqsija indirzzata lil Robert Abela tinqabeż għax ma fadallux ħin. Il-mistoqsijiet tal-istudenti lil Abela allura ma jistgħux jitpoġġew.

14:21 – Ivan Grech Mintoff jgħid li -infrastruttura li saret saret bi skjavitù.

14:20 – Robert Abela jirreferi għall-ispjega li ta’ Ian Borg meta għerqet it-triq il-ġdida tal-Marsa u qal li l-metro se titlesta xi 20 sena oħra.

14:19 – Bernard Grech jgħid li filwaqt li pajjiżna se jkollu bżonn il-ħaddiema barranin, dan irid isir b’mod li ma jimminax lill-ħaddiema Maltin. Jgħid li l-kuntratturi jridu jkunu jistgħu jaħdmu mhux għax jafu lil xi ħadd imma għax kapaċi biex l-infrastruttura titjieb dejjem.

14:18 – It-tielet mistoqsija – Lil Robert Abela u Bernard Grech, l-infrastruttura ta Malta qed tfalli fix-xita. X’se tagħmlu?

14:15 – Bernard Grech jgħid li biex tgħin lill-artisti trid temmen fihom mhux tumiljahom għax jitilgħu fuq palk. Il-PN se jagħmel rata ta’ 5% fuq l-ewwel €80,000 għall-artisti għax l-arti mhux hobby.

14:14 – Ivan Grech Mintoff jikkritika l-policy fallut tal-Gvern gejn tidħol il-pandemija. Carmel Cacopard minn naħa tiegħu jgħid li għadna nistennew biex inkunu nafu

14:14 – Robert Abela jgħid li l-artisti ntlaqtu ħafna mill-padndemija u għalhekk kien hemm pjan ta’ vvaċċinar b’saħtu.

14:13 – It-tieni mistqosija mill-istudenti : Meghan Caruana tistaqsi dwar x’se jsir għall-artisti?

14:11 – Bernard Grech, għall mistqosija dwar il-fatt li Gvern Laburista ma ħoloqx settur ekonomiku ġdid, wieġeb li t-tweġiba hija semplic. Ma ħoloqx. Dwar it-taxxa jgħid li ċ-ċertifikat li għandu f’idejh hu, Rboert Abela qatt ma jista’ jkollu.

14:10 – Ivan Grech Mintoff jistaqsi lil Clifford jekk din id-darba hux se jikkontesta mal-Partit Laburista. Jikkjarifika li ABBA jemmnu li s-sesswalità hi bbażata fuq il-biologija.

14:08 – MIstoqsijiet mill-istudenti – L-ewwel mistoqsija tinstab li mhijiex addattata. Mistoqsija lil Ivan Grech Mintoff hija minn Clifford Galea, persuna li jaħdem mal-Ministru Owen Bonnici. Clifford jistaqsi dwar il-pożizzjoni tal-ABBA fil-konfront tal-komunita Gay.

14:06 – Robert Abela jgħid li l-mina tinsab fil-fażi tal-procurement. U jiftaħar bir-raba’ in-Nikolaus.

14:06 – Ivan Grech MIntoff isejjaħ il-wegħda tal-Gvern tal-mina bħala gimmick, u jqabbilha mal-wegħda ta’ Joe Mizzi li se jsib iż-żejt.

14:03 – Paul Salamone jgħid li l-PP ma jaqbilx ma l-mina.

14:02 – Bernard Grech qal li ll-mina jiddeċiedu huma dwar il-mina. Imma Għawdex mhix biss il mina, imma hija l-MCAST li rridu niftħu, hija l-istpar ġdid b’700 sodda, huwa l-port ikbar u jittieħed lura minn idejn il-Vitals l-isptar tal-Għawdxin.

14:01 – Carmel Cacopardi jgħid li l-mina mhemmx bżonnha.

14:00 – It-tmien mistoqsija X’inhi l-pożizzjoni dwar il-mina t’Għawdex?

13:59 – Paul Salaomone qal li sa issa għadu ma sar xejn u ħafna li kien ħaqqhom iħallsu ta’ li għamlu, għadu jiġru barra.

13:59 Bernard Grech jgħid li Abela seta jivvota’ favur l-abbozzz imressaq mill-PN. Kieku l-liġijiet diġà daħlu. Imma minflok wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Abela reġa’ poġġa ġurnalist ieħor fuq billboard.

13:58 – Carmel Cacopardo jgħid li jaċċetta dak li sabet l-inkjesta imma l-affarijiet qed isiru bilmod wisq.

13:56 – Robert Abela jgħid li hu aċċetta r-rapport, iltaqa’ mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u qal li għamlu nurmu sħiħ ta’ abbozzi u xeħithom il-Parlament u issa qed jiġu riveduti.

13:55 – Is-seba’ mistoqsija – Fl-isfond tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u dak li sab il-bord tal-inkjesta, x’se tagħmlu intom?

13:54 – Ivan Grech Mintoff jgħid li l-politiċi ma jistgħux ikun populisti u jgħid li ma tistax tkun kontra l-abort u mbagħad tqassam il-morning after pill.

13:51 – Bernard Grech jgħid li l-gideb trid tieqaflu. Grech ifakkar li Abela tmien xhur ilu wiegħed l-istess ħaġa u ma wettaqħiex. Irrepeta l-ħafna wegħdi marbuta mal-IVF u jgħid li dawk il-koppji akbar fl-età li jibqgħu ma jkollhomx it-tfal li dawn jistgħu ikunu ta’ għajnuna. Jgħid li Robert Abela huwa insensittiv.

13:50 – Robert Abela jerġa jwiegħed l-IVF b’xejn u jerġa’ jwiegħed il-mediċini b’xejn.

13:48 – Paul Salaomone qal li l-PP ma jaqbilx mal-abort imma qal li kull każ irid jittieħed b’mod individawali. Jgħid li mara li tkun trid tagħmel abort, din għandha titwassal sat-twelid imbagħad it-tarbija tingħata għall-addozzjoni.

13:45 – Bernard Grech qal ċar u tond li l -PN hu favur il-ħajja mill-bidu sat-tmiem, iżda tkellem dwar ir-realtà ta’ nisa li qegħdin iwettqu l-abort u allura l-empatija hija importanti ħafna.

Imma dwar il-morning after pill, huwa qal li l-PN ilu sena sħiħa li qal li se jagħtiha b’xejn u jistaqsi għaliex Robert Abela stenna sena biex jgħid li se jagħmilha.

Tkellem ukoll dwar il-GU clinic u qal li hemm servizzi li jridu jingħataw b’aktar dinjità u allura li hemm bżonn investiment hemm.

Dwar l-edukazzjoni sesswali, Bernard Grech qal li din hija kruċjali għall kull wieħed u waħda minnha.

Semma l-inċentivi għall-familji li l-PN qed jipproponi li jgħinu mhux biss fil-ħajja fiżika imma anke f’dik mentali.

13:42 – Carmel Cacopardo jikkonferma li hemm nuqqas kbir fl-edukazzjoni sesswali. Cacopardo qal li l-ADPD jidhirlu li fil-konfront ta’ kull mara li tagħmel abort ikun hemm dikriminalizzazzjoni. L-ebda mara li tagħmel abort, qal, m’għandha tiġi ttratta ta’ kriminal, imma għandha bżonn empatija.

Hu qal li l-liġijiet tagħba mhumiex ċari f’każ ta’ diffikultajiet fit-tqala u hemm bżonn li dawn jiġu ċċarati u appella għal atitudni aħjar mit-tobba.

13:39 – Robert Abela jgħid li se jaġġorna l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel u se jqassam il-pills kontraċettivi, u l-morning after pill b’xejn. U fl-għoti tad-demma mhux se jkun hemm limitazzjonijiet.

Dwar l-abort Abela qal li din hija diskussjoni li trid issir għalkemm qal li l-abort mhux fil-manifest elettorali tal-Labour.

13:38 – Ivan Grech Mintoff jistaqsi kif se jsiru l-proposti għax Robert Abela sploda d-dejn tal-pajjiż. Intant jgħid li l-ABBA huma kontra l-abort u l-morning after pill. Jgħid li l-abort mhuwiex is-soluzzjoni u minflok għandna ninċentivaw il-familji li jkollhon it-tfal.

13:37 – Is-sitt mistoqsija – Xi priorità se tagħtu lis-saħħa sesswali?

13:33 – Bernard Grech jgħid li l-edukazzjoni hija wkoll il-viżjoni – tgħalim li jmir mir-riproduzzjoni ta’ informazzjoni għal ħseib ħieles, kritika, analiżi. Grech jgħid li dan irid isir għax nemmnru li l-edukazzjoni hija wkoll l-isport, il-kultura, l-arti. Grech jgħid li ħadd m’għandu jiżżuffhetta b’kandidat għax tela fuq palk ikanta.

Grech jgħid li se jinvesti fl-edukaturi kollha. Għaliex dawn se jippreparawlkhom għall 10 setturi ekonomiċi li se jwettaq il-PN.

Bernard Grech jispjega li anke l-volontarjat huwa parti mill-edukazzjoni u hu għalhekk li l-PN qed jinkoraġġixxi lill-istudenti jingħaqdu ma’ dawn l-għaqdiet b’inċentiv ta’ stipendju għola.

13:33 – Carmel Cacopardo kkritika s-sistema edukattiva inkluż dik terzjarja. Jgħid li jeħtieġ ħafna aktar imħuħ kritiċi – xi ħaġa l hija nieqsa ferm.

13:31 – Robert Abela jgħid li l-Gvern irid jaħseb fil-familjil li jistgħu l-inqas. Jgħid li ż-żgħażagħ qed jieqfu jistudjaw kmieni. Qal li se jżid l-istipendji.

13:30 – Ivan Grech MIntoff jgħid li l-istat għandu jieqaf imur kontra dak li jridu jgħallmu l-ġenituri

13:29 – Il-ħames mistoqsija: X’inhi l-viżjoni tagħhkom għall-edukazzjoni?

13:28 – Ivan Grech Mintoff jirribatti wkoll lil Robert Abela u jgħid li qatt ma ltaqa’ ma Laburisti daqs dawn l-aħħar ftit snin u li spiċċaw jgħix fil-garaxxijiet.

13:27 – Bernard Grech jirribatti dwar attakk minn Robert Abela. Jgħid li hu qatt ma ħa €28,000 fix-xahar minn flus il-poplu.

13:25 – Abela jitkellem dwar l-iskema tal-first time buyers li Grech qal li se jtejjeb.

13:24 – Ivan Grech Mintoff jgħid li jixtieq jitkellem fuq temi oħra u jgħid li l-proposti ta’ ABBA dwar dan jistgħu jistabu fuq is-sit tagħhom.

13:21 – Paul Salamone jgħid li llum kulħadd jaf kemm għoliet il-propjetà. U dan ifisser li ħafna qed jagħmlu 40 sena jħallsu l-bank. Salamone qal li l-PP qed jipproponi sistema tal-housing għal dawk iż-żgħażagħ li għadhom se jibdew id-dinja. Jinsisti fuq sistema ta’ housing li tati ċans liż-żgħażagħ jibnu familja imbagħad aktar tard ikunu jistgħu jixtru.

13:19 – Bernard Grech jirribatti t-talba ta’ Robert Abela li talbu l-costings. Grech jitlob lil Abela jippubblika hu r-returns tat-taxxi tiegħu qabel daħal fil-politika.

Dwar ix-xira ta’ propjetà miż-żgħażagħ, Bernard Grech qal li hu se jtejjeb fuq l-iskema eżistenti tal-first time buyers.

Jgħid ukoll li se jinċentiva lil min għandu propjeta sa €120,000 biex jiġu aġevolati ż-żgħażagħ.

L-10% se jkun qed jingħata b’self għal 30 sena u jkun jista’ jitħallas tul iż-żmien.

13:18 – Ir-raba’ mistoqsija: X’se tagħmlu biex tgħinu liż-żgħażagħ gradwati ġodda jixtru l-propjeta?

13:13 – Robert Abela għaze li jattakka assistent personali ta’ Bernard Grech fid-diskors tiegħu. U kkritika lil Bernard Grech li art partikolari jrid jiddikkjaraha ODZ.

Reġa’ semma l-park nazzjonali mħabbar minn Joseph Muscat.

Abela tekllem dwar il-proġett ta’ Triq SantAnna – proġett li kien imniżżel fil-Manifest tal-Labour tal-2017 u li sa issa għadu fl-arja u reġa’ tfaċċa lejliet l-elezzjoni.

Abela qal li ma nistgħux nevitaw it-tema tat-tibdil fil-klima – jammetti ‘kemm għadna lura fl-enerġija rinovabbli’.
JItekellem li l-iskart u jgħid li se jibda jkun użat. U jgħid li l-priorita ambjentali hi fuq quddiem nett għall-Labour.

13:11 – Ivan Grech Mintoff jikkritika lil Robert Abela li issa qed iwiegħed il-miljuni għall-ambjent wara l-isfreġju li sar fl-aħħar snin.

13:09 – Paul Salamone jikktrika l-iżvilupp li sar fl-aħħar snin. Isemmi Marsascala. Jgħid li bħala Partit se jiffirmaw ftehim biex jekk il-PP xi darba jkun fil-Gvern ma ssirx. U dan bħala rispett lejn il-poplu, lejn il-pajjiż u lejn l-ambjent.

13:07 – Bernard Grech jgħid li t-track record ta’ dan il-Gvern fl-ambjent hu li qerdu. Gvern li falla. B’kuntrast, Gvern ġdid Nazzjonalista jipproteġi vermanet l-ODZ. Jipproteġi l-għelieqi. U biex tkun żviluppata trid iż-żewġ terzi tal-Kamra.

Irridu Malta mhux soffokata. U għalhekk, qal Grech, sena u nofs ilu ħa d-deċiżjon li jservi lill-pajjiż.

Semma l-costings tal-Programm Elettorali tal-PN li Robert Abela ilu jistaqsi dwarhom, u serraħlu rasu li se jkunu ppubblikati filwaqt li staqsa jekk Abela iridhomx biex ikun jista’ jikkuppjahom ukoll.

13:04 – Carmel Cacopardo jgħid li spazju miftuħ għall-Gvern tal-lum tfisser pjazza b’umbrella tal-konkos. Jikkritika l-proġett tat-trakka tal-karozza għax dan mhux proġett ambjentali. Jgħid li partijiet kbar f’żoni turistiċi li ma ħallewx spazju fuq il-bankini biex jimxu n-nies.

Jikkritika bil-qawwi l-abbużi fis-sistema tal-ippjanar u jgħid li l-Membri Parlamentari m’għandhomx ikunu fil-bordijiet tal-ippjanar. Jgħid li pajjiżna għadu lura ferm fil-klima.

13:04 – It-tielet mistoqsija: X’inhuma l-proposti tagħkmo dwar l-ambjent?

13:02 – Ivan Grech Mintoff jirribatti lil Robert Abela u jgħidlu li huwa evident li l-mewġ mhuwiex fil-baħar. Jikkritikah dwar il-mod kif kissser il-ħwienet u l-ekonomija.

Isemmilu kawża fil-Qorti li jimplika li Neville Gafa taħt il-Gvern Laburista, minn ġo Kastilja ħarġu visas mediċi. Jistaqsi jekk dan hywiex it-tip ta’ law and order li jemmen fih Gvern Laburista.

12:59 – Paul Salamone jgħid huwa evidenti li pajjiżna għandu problema kbira bin-numru ta’ trakkijet (buses). Ħafna minnhom ta’ spiss jieqfu f’nofs ta’ triq jew jieħdu n-nar. Jgħid li fi bliet Ewropej għadnek karozzi tal-linja li jduru fit-toroq kollha u li jaslu fil-ħin u saħaq li pajjiżna għandna nkunu kapaċi jkollna sistema tajba wkoll.

12:57 – Bernard Grech qal li s-soluzzjoni li qed joffru Robert ABela hija soluzzjoni għal 30 sena oħra. Filwaqt li l-pjan tal-PN hija soluzzjoni immedjata u li ma tikkawżax ħsara ambejntali.

Semma li l-Gvern la ssemmew electric bikes, la roti, le xejn. Ħlief li ntefqu €900 miljun ewro minn fondi Ewropej ma smajnix. Il-PN qed jipproponi proġett li joffri trasport effiċjenti u li hu tajjeb għall-ambjent.

Grech qal li r-rapport tal-ARUP li semma l-Gvern jelenka numru ta’ problemi li juri li dan huwa proġett li ma jistax isir.

12:55 – Carmel Cacopardo jgħid li l-prezz tat-trasport pubbliku qatt ma kienet problema. Il-problema hija l-effiċjenza. Jgħid li għandna bżonn li l-politika tal-Gvern mhux tinkoraġġixxi l-użu tal-karozza privata – kif għamel il-gvern preżenti. L-istudji juru ċar li aktar ma tkabbar it-toroq aktar iżżid it-traffiku. U allura dak li sar ħadem kontra t-trasport pubbliku.

12:52 – Dwar it-trasport pubbliku, Robert Abela jgħid li l-infrastruttura tat-toroq kienet kruċjali. Hu qal li se jkun hemm trasport pubbliku b’xejn. Tkellem dwar iċ-charging pillars għall-karozzi tal-elettriku. U tkellem dwar il-fast ferry. Imbagħad tkellem dwar il-metro. Qal li saru studji fuqu u issa qed jitlob finanzjament għall-fażi li jmiss tal-istudji li fadal isiru. U issa se jkompli d-dibattitu pubbliku dwar dan.

12:51 – It-tieni mistoqsija: Xi proposti għandkom dwar it-trasport pubbliku?

12:48 – Paul Salamone jixħet dubji dwar min beda l-gwerra fl-Ukrajna u qal li ħadd ma jafx kif bdiet din il-gwerra. Hu wal li huwa importanti li nagħtu refuġju lit-tfal għax dawn ma jaħtu xejn. Hu jfakkar dwar tensjonjiet oħra bejn iċ-Ċina u t-Tajwan, u t-tensjoni fil-Libja.

12:47 – Bernard Grech jirribatti li Gvern Nazzjonalista ma jisirqekx biex imbagħad joqgħod jibgħatlek iċ-ċekkijiet,

12:46 – Robert Abela fakkar li se jibgħat iċ-ċekkijiet fil-posta.

12:42 – Bernard Grech qal li Robert Abela donnu kkonverta wara li ftit ilu qal kien qed jgħid li hu kuntent li jgħix il bogħod mill-Ukrajna. Fost ħafna interruzzjonjiet mill-istudenti, Bernard Grech qal li pajjiżna ma jistax idawwar dahru fuq min qed ibati. Allura ma jistax ikollok Prim Ministru li jirreaġixxi biss meta jsib li l-poplu mhux jaqbel miegħu.

Bernard Grech qal li hemm bżonn li jinħolqu setturi ġodda. Fakkar li Robert Abela qed iwiegħed biss is-sussidji, imma se jibqa’ jisirqek mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fakkar li l-għoli tal-ħajja hija realtà u hu għalhekk li PN qed jaħseb għaliha, filwaqt li Abela qal li dwar dan ma tista’ tagħmel xejn. Fakkar fil-fond li qed jipproponi l-PN dwar dan, filwaqt li Abela qed jibqa’ ċass.

Għalhekk l-għażla hi ċara jekk tridx xi ħadd li jibqa’ ċass jew xi ħadd li jmexxi b’maturità.

12:40 – Carmel Cacopardo, ADPD, jgħid li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna għandha tieħu priorità assoluta. Imma rridu mmorru lil hinn minn hekk. Cacopardo jfakkar li l-Azerbaijan għad għandu f’idejh il-kontroll ta’ parti mill-enerġija elettrika tagħna u fakkar fir-rabta bejn dan il-pajjiż u r-Russja.

12:37 – Robert Abela jiftaħ bl-attakk. L-ewwel jattakka lil Ivan Grech Mintoff dwar il-vaċċin imbagħad jerġa’ jiddefendi l-bejgħ tal-passaporti u jattakka lil Bernard Grech għall-kritika tiegħu. Imbagħad qal li Malta diġa laqgħet b’idejha miftuħa lil xi Ukreni – għalkemm lil dawn għadu qed jitlobhom PCR test.

12:37 Ivan Grech Mintoff jgħid li pajjiżna għandu jlaqqa’ liż-żewġ mexxejja bħal ma għamel fit-tmeninijiet fil-gwerra l-bierda.

12:36 L-ewwel mistoqsija ta’ dan id-dibattitu: X’taħsbu li hu l-aħjar kontribut li nistgħu nagħtu bħala stat fil-kunflitt tal-Ukrajna?

12:32 – Ivan Grech Mintoff qal li ikkritika l-fatt li mhux kulħadd seta’ jidħol fis-sala għad-dibattitu abbażi tal-fatt li ma kinux imlaqqma.Tkellem dwar kif iż-żgħażagħinsterqu mill-libertà tal-espressjoni.

12:29 – JItkellem issa Paul Salamone, tal-Partit Popolari. Jgħid li l-PP irid żgħażagħ b’opinjonijiet, li se jkunu l-mexxejja t’għada. Salamone jgħid li meta ħareġ mit-Technical Insitute ħassu li kien laħaq sa fuq nett. Imma mbagħad ħadem barra u ġab esperjenzi ġodda. Hu appella biex anke ż-żgħażagħ tagħna jagħmlu l-istess.

12:25 – Bernard Grech fl-ewwel kummenti tiegħu jgħid li bħal ma għamel hu stess, irid li anke l-istudenti li hemm bilqegħda fis-sala joħolmu u jkunu jistgħu iwettqu l-ħolm tagħhom. Jitkellem dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u l-bżonn ta’ maturità fit-tmexxija – maturità mhux li toqgħod tistenna lill-Ewropa timponilek deċiżjoni biex twaqqaf il-bejgħt tal-passaporti. Grech jgħid l-Partit Laburista għandu mafnifest elettorali huwa kollu kkuppjatminn fuq dak tal-Partit Nazzjonlista.

12:23 – Carmel Cacopardo f’isem l-ADPD jitkellem dwar l-atroċitajiet li għaddejjin fl-Ukrajna. Jgħid li allura anke f’pajjiżna ma nistgħux inserrħu rasna dwar il-ħażna tal-gass f’pajjiżna.

12:22 – Abela jgħid jitkellem dwar il-kannabis bħala priorità.

12:20 – Jiftaħ id-dibattitu Robert Abela. Jgħid li se jtkellem dwar i-isfidi u l-opportunitajiet tal-pajjiż. Jgħid li l-gwerra tal-Ukrajna tfisser li hemm bżonn ta’ maturita fid-dibattitu. Abela qed jaqra kollox mill-karti li ħejjewlu.

12:17 – Ħadu posthom il-mexxejja kollha

12:12 – Jingħata bidu għad-dibattitu

12:08 – Jasal ukoll il-mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela

11:45 – Il-Kap tal-PN Bernard Grech jasal fuq il-Kampus tal-Università ta’ Malta

Dalwaqt se jingħata bidu għad-dibattitu organizzat mill-Università ta’ Malta… dibattitu li mistenni jibda f’nofsinhar.

Fid-dibattitu se jitkellmu l-mexxejja tal-Partiti Politiċi fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u l-Prim Ministru Robert Abela. Il-kelliema l-oħra huma Ivan Grech Mintoff għall-ABBA, Carmel Cacopardo għall-ADPD u Paul Salamone f’isem il-Partit Popolari.