Evolve Endurance club komplew bl-impenn tagħhom fil-ġlieda kontra l-obeżita’ f’pajjiżna, hekk kif persuna minn kull ħamsa f’Malta tmut kawża ta’ attakk tal-qalb jew bid-dijabete.
Dan wara li ftit xhur ilu nhiedew ‘The Obesity Training Program’ bil-għan li jgħinu aktar persuni jbiddlu l-istil tal-ħajja tagħhom u jgħixu ħajja aktar sahna. Matul pejordu ta’ 9 xhur, 20 parteċipant se jingħataw l-opportunita’ li jtejbu l-istil ta’ ħajja li jgħixu bi programm għall-persuni li jaffaċjaw il-problema tal-obeżita’.
Il-porgramm li tħejja minn Evolve Endurance Club, jipprovdi lill-parteċipanti l-opportunita’ li jitħarrġu ma’ coaches kwalifikati, ‘physical trainers’ kif ukoll jaħdmu ma’ nutritionist, li tħejji pjan individwali dwar l-ikel li għandhom jieklu.
L-għan ewlieni ta’ dan il-programm hu li jinżamm kuntatt regolari bejn il-parteċipanti u l-professjonisti matul dan il-vjaġġ, sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jgħinu lill-individwi jilħqu l-miri tagħhom. Aktar minn hekk il-persuni li se jkun tilfu l-aktar piż, se jingħataw premju ta’ €500.
Malta għandha l-ogħla rata ta’ obeżita’ minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, b’aktar minn 25% tal-adulti jaffaċjaw din il-problema.
//= $special ?>