Lokali

Fearne juri biċ-ċar li se jibqa’ ma’ saqajn Abela

F’botta diretta lil Robert Abela, Chris Fearne jinsab kommess li f’leġislatura ġdida jkun Deputat Prim Ministru – dikjarazzjoni illi tistona mal-intenzjoni li tidher li ilha tberren f’moħħ Robert Abela li – f’każ ta’ Gvern Laburista wara l-elezzjoni li ġejja – jibgħat lid-Deputy Leader f’xi kariga Ewropea u allura, jeħles minnu minn ma’ djulu darba għal dejjem.

Jidher li Fearne approfitta mill-fatt li Robert Abela – għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa – ma deherx għall-attività politika tal-Erbgħa. Għaldaqstant, hu ħa l-okkażjoni jiftaħar bil-ħidma li hu u sħabu għamlu fi żmien il-pandemija.

Fil-fatt, id-Deputy Leader tefa’ botta oħra lil-Leader billi rringrazzja lill-frontliners li ħadmu matul il-pandemija … f’ismu u f’isem il-Gvern biss … mingħajr l-ebda referenza għal-Leader.

U għax konvinti mill-fatt li d-Deputy Leader kien se jipprova jisraq ix-xena, il-klikka ta’ Robert Abela reġgħet għażlet li tilgħab ‘home’ billi tagħżel ġurnalist tal-media Laburista qrib il-Leader biex imexxi l-intervista.