Fl-aħħar sanzjonijiet maħruġa mill-Gvern Ingliż, ġew friżati l-assi ta’ Roman Abramovich, is-sid ta’ Chelsea li fl-aħħar jiem ħabbar li se jkun qed jbiegħ il-club.
L-iffriżar tal-assi tar-Russu jfisser li Abramovich mhux se jkun jista’ jbiegħ lil Chelsea, filwaqt li l-club mhux se jitħalla jbiegħ aktar biljetti għall-partiti tagħhom.
Il-Gvern Ingliż ħareġ liċenzja speċjali li tagħti permess li jintlagħabu l-partiti filwaqt li jitħallas l-istaff u l-players kollha ta’ Chelsea. Bl-iffriżar tal-assi ngħalaq ukoll il-ħanut uffiċjali li jbiegħ prodotti ta’ Chelsea.
L-għan ta’ dawn is-sanzjonijiet hu li Abramovich, li hu wieħed mill-aktar persuni qrib il-President Ukren Vladimir Putin, ma jirċievi l-ebda pagamenti u flus, li jistgħu b’xi mod jgħinu l-gwerra fl-Ukrajna.
//= $special ?>