L-Ukreni li jgħixu f’Mariupol qalu li l-qawwiet tar-Russja qegħdin ikomplu bil-bumbardamenti tal-belt, ‘sigħat’ wara li l-ajruplani tal-gwerra ta’ Moska ħallew numru mhux determinat ta’ ċivili ( inklużi tfal) maqtula fost ir-rejds fuq sptar għall-maternità fl-inħawi.
L-awtoritajiet lokali f’Mariupol – li tinkludi port importanti – qalu, intant. li ma jafux iċ-ċifra eżatta tar-residenti li tilfu ħajjithom waqt l-assedju tar-Russi fuq il-belt. Madankollu, numru ta’ sorsi qed jgħidu li mietu talanqas 1,300 ċittadin Ukren fost l-attakki kontinwi fuq Mariupol
Is-sitwazzjoni ddisprata kompliet tingħata element makabru mill-istess awtoritajiet Ukreni li qalu li ċ-ċifra tal-mewt f’Mariupol kienet ikkalkulata ‘biss’ mill-katavri li kienu qed jinġabru mit-toroq tal-belt.
Ħafna maqtula f’Mariupol qed jindifnu mingħajr ma jkunu identitikati bil-mezzi uffiċjali. Kien hemm ukoll każ fejn talanqas 50 katavru spiċċaw f’qabar tal-massa għaliex il-bumbardamenti tar-Russi ma kenux qed jippermettu għall-funerali fis-siti barra l-belt.
Dan meta sar diffiċli ħafna biex iċ-ċittadini ta’ Mariupol jitilqu lejn bnadi anqas perikolużi, bil-belt għadha ddisprata għall-għajnuna minn barra.
//= $special ?>