Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Għadhom jippruvaw li jiċċirkondaw lil Kiev

CRIMEA, RUSSIA - FEBRUARY 24, 2022: An armoured vehicle moves across the town of Armyansk, northern Crimea. Early on February 24, President Putin announced a special military operation to be conducted by the Russian Armed Forces in response to appeals for help from the leaders of the Donetsk and Lugansk People's Republics. Sergei Malgavko/TASS (Photo by Sergei MalgavkoTASS via Getty Images)

Il-militar tal-Ukrajna qal li r-Russja ‘ma qatgħetx qalbha’ li l-Armata tagħha tiċċirkonda Kiev, bl-iskop li tagħlaq ir-rotot tal-għajnuna kollha għall-kapitali Ukrena.

Madankollu l-Ukreni qed jirreżistu b’suċċess għall-offensiva tar-Russi li qed tikkonċentra ‘mid-direzzjonijiet kollha’ fuq il-kapitali.

Id-disfatta militari għar-Russi qed tinħass f’numru ta’ setturi fejn xi battaljuni ‘tilfu l-kapaċità għall-kumbattimenti’ huma u jistennew il-qawwiet riservi.