Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna u r-Russja fl-aħħar sigħat iltaqgħu għal taħditiet wiċċ-imb-wiċċ f’Antalya, fit-Turkija, fejn sar ftit li xejn progress lejn il-paċi.
L-Ukrajna qalet li d-diskors ta’ Sergei Lavrov, il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, kien iddominat b’lingwaġġ aggressiv, b’Lavrov jidher determinat li jiddefendi l-interessi ta’ pajjiżu akkost ta’ kollox.
Fil-fatt, Lavrov enfasizza li ma kellu jiġġustifika l-invażjoni tal-Ukrajna lil ħadd waqt li sostna li l-invażjoni ‘qed tiżviluppa skont il-pjan oriġinali tal-Kremlin’. Sadanittant, Lavrov tenna wkoll li r-Russja tinsab ħerqana biex tidħol f’ ‘diskursta serja’ għal soluzzjoni tal-kriżi.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin, Dmytro Kuleba, qal li l-Ukrajna mhi se ċċedi qatt lill-qawwiet li invadewlha artha. Fl-istess ħin, Kuleba spjega li l-Ukrajna, waqt dawn it-taħditiet, qablet biex taħdem fuq l-issues umanitarja meta l-bumbardamenti tar-Russi mhuma qed jaħfruha lil ħadd.
Kuleba sostna li ma kiseb l-ebda wiegħda mingħand Lavrov biex il-ġlied jieqaf ħalli tasal l-għajnuna liċ-ċivili Ukreni – u biex ikunu evakwati l-mijiet tal-eluf tan-nies mill-belt tal-port ta’ Mariupol li ilha l-jiem assedjata mir-Russi.
//= $special ?>