Lokali

“Il-PN għandu viżjoni ċara għall-futur ta’ Malta” – Bernard Grech

“Il-Partit Nazzjonalista għandu pjan u viżjoni ċara għall-futur ta’ Malta biex jgħaqdi l-ħtiġijiet ta’ kull ċittadin.”

Kien dan li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt żjara li għamel f’San Pawl il-Baħar.

Hu kompla jgħid li l-politika tal-PN hi waħda lokali li ssibha f’kull triq, fl-inħawi, u fil-pjazzez… politika msawra fuq il-persuna u mhux dawk tal-qalba. U biex dan verament isir, il-PN għandu proposti biex jakkomodaw lil kull persuna biex tgħix ħajja aħjar.

Bernard Grech qal li l-Partit immexxi miegħu għandu viżjoni biex wieħed jimxi ‘l quddiem… politika bbażata fuq il-ħtieġa ta’ kull Malti u Għawdxi.

Il-Kap tal-PN qal li kull partit ikollu manifest elettorali iżda dan mhux biżżejjed hekk kif pajjiżna għandu bżonn Gvern li verament imexxi il-pajjiż u dan jista’ jagħmlu biss il-PN fil-Gvern.