Elezzjoni 2022 Lokali

“Irridkom li flimkien magħna, toħolmu u tirnexxu”

“Irridkom li flimkien magħna, intom toħolmu u tirnexxu f’ħajjitkom.”

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jieħu sehem fid-dabattitu bejn il-mexxejja politiċi organizzat mill-Università ta’ Malta.

Bernard Grech qal li huwa ta’ unur li għalih li jinsab fl-Università ta’ Malta… il-post fejn qatta’ tant memorji sbieħ. Huwa qal f’pajjiż ftit ‘il bogħod minna hemm poplu li għaddej minn tbatija kbira, u għalhekk hemm bżonn li l-mexxejja jieħdu l-inizjattiva, mhux bħalma għamel l-Prim Ministru li ħalla lill-Ewropa tiddeċiedi għalih biex iwaqqaf il-bejgħ tal-passaporti lir-Russi.

Gvern ġdid Nazzjonalista jrid joħloq strutturi ekonomiċi ġodda, fejn f’10 snin ta’ Gvern Laburista ma nħoloq ebda settur ekonomiku ġdid.

Mistoqsi dwar l-invażjoni tal-Ukrajna u tal-gwerra li għaddejja bħalissa huwa qal li sa ftit ilu, malli faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna kellna Prim Ministru li qalilna li huwa kuntent li jgħix Malta ‘l bogħod mill-gwerra. Għall-kuntrarju ta’ dan, Gvernijiet Nazzjonalista fil-kriżi tal-Libja ta s-sapport u l-għajnuna kollha lil dawk li kienu għaddejjin minn perjodu diffiċli.

Bernard Grech qal li bħala pajjiż għandu jkollna Prim Ministru li jagħraf x’inhuma l-valuri u jħaddanhom dejjem. Trid toħloq setturi ekonomiċi u tkabbar l-ekonomija għax mhux biżżejjed li tgħid li se tissussidja, imma Robert Abela se jkompli jisraq lil kulħadd fil-kontijet tad-dawl u tal-ilma,

“Aħna realistiċi u għalhekk nilqgħu għall-impatt tal-għoli tal-ħajja…. Il-PN irid joħloq fond ta’ 40 miljun ewro ħalli jitnaqqas l-impatt tal-għoli tal-ħajja.”

Il-Kap tal-PN qal li l-għażla fis-26 ta’ Marżu għandha tkun bejn xi ħadd li jibqa’ ċass u xi ħadd li għandu track record mill-aqwa f’dawn l-affarijiet.

Bernard Grech qal li huwa importanti li wieħed jibda jaħseb fuq modi differenti ta’ trasport. Il-PN qed jipproponi li jkun hemm trackless trams u tingħata għajnuna lil dawk li jużaw l-electric cars. Dan sabiex l-istudenti jkollhom iktar ħin għalihom u inqas ħin moħlija fit-traffiku.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dwar l-ambjent, it-track record tal-Labour kien li qerduh… bħalma riedu jeqirdu ż-Żonqor u l-bajja ta’ M’Scala. Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħti 50,000 metru kwadru lura lill-ODZ. Dan apparti li jekk art minn ODZ trid tmur biex tiġi żviluppati trid iġġib iż żewġ terzi tal-Parlament.

Dwar il-prezzijiet tal-propjetà, Bernard Grech qal li se jkompli jġedded il-proposta tal-first time buyers, apparti dan se jincentiva lil kull minn irid ipoġġi fis suq propjeta sa 120,000 ewro biex iż-żgħażagh ikunu jistgħu jixtru 1-propjetà. Benard Grech qal li l-10% se jkun qed jingħata b’self għal 30 sena.

Dan kollu se jsir sabiex filwaqt li ż-żgħażagħ ikunu responsabbli, xorta jkunu jistgħu jimxu ‘l quddiem f’ħajjtihom.

Dwar is-settur tal-edukazzjoni, Bernard Grech se jkun qed jinvesti kemm fl-edukaturi kif ukoll fl-istudenti. Dan sabiex ikunu mħarrġa fl-għaxar setturi ekonomiċi ġodda li jkunu kreati sabiex jinħoloq iktar investiment f’pajjiżna. Dan appart li żgħażagħ sa 21 sena ma jħallsux bolla.

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista huwa favur il-ħajja mit-twelid sal-mewt, iżda se jibqa’ jaħdem biex jifhem lil dawk in-nisa li jagħmlu abort. Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li jkun hemm iktar għarfien dwar l-edukazzjoni sesswali. Apparti dan hemm diversi inċentivi għall-familji hekk kif il-Partit Nazzjonalista jemmen f’popolazzjoni b’saħħitha.

Il-Kap tal-PN qal li kieku l-Gvern ivvota favur mozzjoni li resqet l-Oppożizzjoni kieku diġà għandna liħ dwar l-antislapp. Saħaq li l-media għandna bżonn iktar libertà filwaqt li tkun sostnuta u kulħadd jerfa’ r-reponsabbiltà tiegħu.

Dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, Bernard Grech qal li Gvern ġdid Nazzjonalsita se jagħmel studji serji dwarha u jkunu l-Għawdxin stess jiddeċiedu xi jrid isir. Gvern ġdid Nazzjonalsita se jagħme; sptar ta’ 400 sodda f’Għawdex, se jwessa’ l-port tla-Imġarr u se jinbedna MCAT ġdid. Apparti dan il-Partit Nazzjonalista se jieħu lura l-isptar ġenerali ta’ Għawdex u jagħtih lill-poplu Malti u Għawdxi… xi ħaġa li l-Gvern Laburista m’għamilx u ma jridx jagħmel.

Bernard Grech qal li Gvern Nazzjonalista se jagħmel rata ta’ taxxa ta’ 5% fuq l-ewwel 80,000 lill-artisti għax verament jemmen f’dan is-settur.

Huwa qal li għall-PN l-edukaturi huma għal qalbna… l-edukaturi jaħdmu mit-Tnejn sal-Ħadd u ma jaqilgħux 28,000 ewro fix-xahar bħall-Prim Ministru Robert Abela.

Fid-diskors tal-għeluq tiegħu, Bernard Grech qal li Robert Abela ħlief ibeżża’ u jkun negattiva ma għamilx… bniedme li m’għandux viżjoni.

Intkom f’qalbhom għandkom ħolma li tirnexxu u taslu x’imkien fejn intkom tkunu persuni iktar rispettati. Il-viżjoni tal-PN hija msawra fuq il-ħolqien tal-ġid. Intkom għandkom f’idejkom il-passaport li bih tistgħu tbiddilu liol dan il-pajjiż.. għandkom f’idejkom biex tbiddlu l-futur u tagħmluh… Nhar is-Sibt ejja nagħmlu marċ ta’ paċi favur l-Ukrajna għax flimkien bħala poplu wieħed inkunu qed nibagħtu messaġġ li dan huwa pajjiż kbir.”