“L-invażjoni ta’ Putin fl-Ukrajna heżżet il-paċi fl-Ewropa u hu għalhekk li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel pjan biex tassigura s-sigurtà u l-paċi bejn il-pajjiżi Ewropew.”
Kien dan li qalet il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola waqt is-Summit li sar Versailles biex jindirizzaw l-isfidi li qed jinħolqu kawża tal-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.
Roberta Metsola qalet li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem biex tinvesti fid-difiża u tekonoloġija innovattiva sabiex fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiżi kollha jirnexxilhom jiġġieldu din it-theddida. Saħqet li hemm bżonn li l-pajjiżi Ewropew kollha jagħmlu sforz biex jieqfu jiddependu għall-enerġija mir-Russja hekk kif dan, b’mod indirett, qed jagħti fondi lil Putin biex ikompli jitfa’ bombi fuq l-Ukrajna.
Il-President tal-Parlament Ewropew kompliet li biex l-Unjoni Ewropea tibqa’ b’saħħitha, is-solidarjetà u l-għaqda bejn il-pajjiżi għandhom jibqgħu ta’ prijorità.
