Ġardinar ta’ 54 sena, residenti l-Gżira ġie mmultat €1,000 u lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena wara li nstab ħati li ħebb għall-Pulizja, li kien aggressiv tant li beżaq fuq wieħed mill-uffiċjali. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia qalet li ma tista qatt tapprova dan l-aġir fil-konfront tal-pulizija li ta’ kuljum jattendu għax-xogħol sabiex jiproteggu lis-socjeta. Huwa ma nstabx ħati li kkommetta ġrieħi gravi fuq is-sieħba tiegħu.
“Il-pulizija ma għandhiex, fil-kors ta’ ħidmietha, tigi soġġetta għal dan it-theddid personali, wisq inqas li xi hadd jobżqilha f’wiċċha. L-artikolu 95 tal-Kodici Kriminali, effettivament, ifittex li jippunixxi lil kull min jikser din il-protezzjoni li l-liħi stess tagħti lill-membri tal-korp tal-pulizija (fost uffiċjali pubbliċi oħra).
Aktar minn hekk jidher li l-imputat, tul il-proċedura kollha, qatt ma wera ebda dispjaċir jew rimors għall-aġir tiegħu. Lanqas qatt m’offra jew ta apoloġija lill-pulizija għall-imġieba tiegħu. Dan il-każ imur lura għal inċident li kien seħħ fid-9 t’Ottubru 2017 meta l-imputat kien mar ir-residenza fejn tgħix is-sieħba tiegħu ġewwa l-Gżira u kellhom argument jaħraq bejniethom fejn ġew fl-idejn u s-sieħba soffriet ġrieħi gravi.
Meta l-pulizija attendew fuq il-post wara li ġew infurmati dwar il-ġlieda, l-imputat kien agressiv u kellu jiġi arrestat.
Sussegwentement, ittieħed l-għassa fejn baqa għaddej bl-imġieba ħażina tiegħu fil-konfront tal-pulizija. Is-sieħba tiegħu xehdet li lill-imputat ilha tafu minn mindu kellha 13-il sena u kienu għarajjes u ħassru.
Wara 20 sena, reggħu ltaqgħu u bdew joħorġu flimkien u wara ftit bdew jgħixu flimkien. Fl-aħħar t’Ottubru 2017 hija
telqet minħabba diffikultajiet fir-relazzjoni iżda wara ftit irranġaw l-affarijiet ta’ bejniethom u għalhekk, ma xtaqitx tixhed dwar inċidenti passati.
L-Ispettur Jonathan Ransley, stazzjonat fl-GĦassa ta’ Tas-Sliema spjega li fid-9 ta’ Ottubru 2017 ġie nfurmat li kien hemm kwistjoni ta’ vjolenza domestika fejn l-imputat kien attakka lill-partner tiegħu. Ix-xhud kien ġie nfurmat ukoll li l-imputat kien aggressiv mal-Pulizija fejn ippruvaw jikklamawh iżda baqa’ jheddidhom.
Minħabba dan il-fatt, Ransley kien ta struzzjonijiet biex iżommuh arrestat sakemm jiġi f’sensih. Ix-xhud kellem lill-imputat dwar il-każ tal-mara fit-2 ta’ Marzu 2018 fejn huwa kien għażel li ma jeżercitax id-dritt tal-avukat u kien għażel li ma jweġibx għad-domandi li sarulu fil-kors tal-istqarrija.
L-Ispettur Ransley reġa’ ħa l-pedana waqt is-seduta tal-5 t’Ottubru 2021 fejn huwa esebixxa sitt ritratti li kienu ġew miġbuda minn Surġent, li juru l-affarijiet imkissra fid-dar tal-imputat mill-partner tiegħu u l-windscreen tal-karozza. Fl-istess seduta xehed il-kuntistabbli Tonio Sultana, stazzjonat fl-Għassa tal-Belt Valletta.
Huwa spjega kif fid-9 t’Ottubru 2017, huwa flimkien mal-Kuntistabbli Tyrone Bugeja ġew imsejjha fi Triq ir-Rebħa, Il-Gżira, fejn mill-Control Room kienu avżaw li kien hemm persuna ta’ sess maskili qed iħabbat ma xi bieb u li aktarx
għandu oġġett bil-ponta.
Hekk kif waslu fuq il-post, kellimhom persuna maskili li qalilhom li l-aggressur kellu mqass f’idu u kien irnexxielu jeħodulu. Irriżulta li l-persuna li kien qed iħabbat mal-bieb kien l-imputat li huwa seta’ jagħraf fl-awla. Danbeda jipprova jidħol biex jaħbat għall-mara tiegħu li kiener ġewwa r-residenza.
Ix-xhud spjega li għalkemm bdew jipprovaw jikkalmawh, l-imputat ma riedx jikkopera u għalhekk kellu jiġi arrestat, fejn ankè beda jirreżisti l-arrest u beda jidgħi u jgħajjat kemm jiflaħ. Meta ġie sottomess u mdaħħal fil-karozza, l-imputat beda jhedded lix-xhud l-ewwel li se jobżoqlu f’wiċċu u imbaghad li meta joħroġ, se ijib lilu u lil familja tiegħu barra u jpattiehilhom.
Aggressiv mal-Pulizija
Hekk kif ġie mdaħħal ġewwa l-għassa ta’ Tas-Sliema, beda jsir aktar aggressiv u beda jħabbat rasu mal-ħajt. F’hħn minnhom xorta irnexxielu jobżoq lix-xhud. Huwa spjega illi l-RIU ħadet azzjoni fuq il-każ in segwitu ta’ rapport mill-control room fis-sens li kien hemm raġel bi strument bil-ponta qed jipprova jidħol għall-mara.
Meta waslu fuq il-post irriżulta li ma kellux strument bil-ponta fuqu. Ix-xhud ikkonferma li fuq il-post kien hemm terza persuna qed jiprova jzomm lill-imputat iżda bil-konfuzjoni, ma jidhirlux li kienu ttieħdu d- dettalji tiegħu. Lanqas ma kien jaf id-dar in kwistjoni ta’ min kienet għax skont hu, il-mertu tar-rapport kien il-ksur tal-ordni pubbliku. Ix-xhud ma eskludiex li dak il-ħin l-imputat kellu xi ġrieħi ma’ wiċċu iżda ċgur li ma kienx qed jipprotesta ħabba xi ġrieħi imma ried jidħol ġewwa b’saħħa kbira.
Kien hemm ukoll mara fil-gallarija tal-istess residenza li bdiet tgħid li ma għandux jitħalla jidħol ġewwa. Skont ix-xhud, l-imputat ġie mgġarraf bir-raġuni tal-arrest u ġie mogħti s-soliti drittijiet eżatt kif iddaħħal l-Għassa ta’ Tas-Sliema. Qabel kien impossibbli li tirraġuna miegħu tant kien aġitat. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ tkomplew mill-Pulizija tad-distrett u mhux mill-RIU.
L-imputat xehed li l-partner tiegħu kienet ilha ħabiba tiegħu u għamlu żmien jgħixu flimkien fid-dar tieghu, Qal li hija kienet għaddejja minn problemi u li l-imġieba tagħa kienet erratika u li fil-jum inkwistjoni kien xogħol u wara li spiċċa, għall-ħabta tas-7.00pm., waqaf jieħu tnejn birra ma’ kollega.
Filwaqt huwa rċieva telefonata minghandha tindaga fejn kien baqa’. Meta wasal id-dar ma kien hemm hadd u meta
mar għand ommu, li kienet toqgħod faċċata, sabha hemm. Hija infexxet tirrabja mal-imputat u sahansitra i mbuttatu. Waqt iddagħdiha, hija qabdet xi oġġett u waddbitulu għal wiċċu fejn laqtitu taht għajnejh.
Bil-qasma beda jnixxi d-demm u l-imputat irvilla għax dik kienet l-għajn it-tajba. Huwa għadda biex keċċa lil partner ‘il barra, fejn din bdiet twerżaq u tgħajjat. Skont omm l-imputat, il-mara kienet ikkunsmat pilloli flimkien ma’ xorb alkoħoliku ftit qabel ma seħħ l-incident in kwistjoni.
Wara ftit waslu l-pulizija fuq il-post li arrestaw lill-imputat. L-imputat ikkonċeda li l-imġieba tiegħu f’dak il-waqt kienet xi ftit jew wisq aġitata u fi kliemu, dan kien minħabba l-ġriehi li sofra ħdejn għajnejh. L-imputat ipprotesta mhux ftit
mal-pulizija minħabba li kien hu li spiċċa arrestat meta ma kien għamel xejn u minkejja li kien spjegalhom li kellu bżonnijiet speċjali.
Stqarr li ġie mehud fl-Għassa ta’ Tas-Sliema u manettjat mal-poġġaman tat-tarag. Minħabba dan ittrattament kien beda jghid li kien ser jagħmel post fuq Facebook biex jikxef kollox. Spjega li huwa persuna b’diżabilità minħabba li għandu għajn waħda mifqugħa u ma jara xejn minnha.
Minħabba dan għandu ukoll il-Blue Sticker maħruġa mill-KPD. Huwa stqarr li ma kienx jaf min kien ċempel lill-pulizija u qabel li kien ħareġ lill-partner tiegħu ‘il barra mid-dar u dan wara li tefgħatlu ċavetta ghal wiċċu. F’dak il-ħin, fi kliemu, kien maħkum minn paniku kbir. Ċaħad li kien fi stat ta’ sokor u anke li b’xi mod kien offenda lill-pulizija. Ikkonferma li huwa kien ħafer lill-partner tiegħu.
l-Qorti wara li semghet ix-xhieda tal-mara u wara li rat il-proviso ta’ l-artikolu 543(e) tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, fiċ-ċirkostanzi ordnat li jitwaqqfu l-proċeduri fir-rigward l-ewwel akkuża dik li kkaġuna fetiti gravi fuq il-partner tiegħu. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley.