Novak Djokovic irtira mill-Indian Wells u mill-Open ta’ Miami minħabba r-regoli marbuta mal-Covid-19 fl-Istati Uniti. Ir-regolamenti fl-Istati Uniti jistipulaw li kull ċittadin li m’huwiex Amerikan, irid jippreżenta ċertifikat tal-vaċċin qabel jidħol fil-pajjiż.
Ir-rebbieħ tal-20 Grand Slam kien inkluż fil-poloz taż-żewġ avvenimenti, iżda permezz ta’ post fuq Twitter ħabbar li se jkun qed jirtira miż-żewġ avvenimenti fl-Istati Uniti. Djokovic mistenni jirritorna fl-ATP fil-Masters f’Monte Carlo f’April.
Djokovic ma tħallix jikkompeti fl-Open tal-Awstralja wara li ammetta li ma ġiex vaċċinat kontra l-Covid-19, fost kontroversja sħiħa bejn il-Gvern Serbjan u l-Gvern fl-Awstralja.
Wara li ma kkompetix fil-Grand Slam fl-Awstralja, Djokovic tilef ir-ranking numru 1 għar-Russu Daniil Medvedev.
//= $special ?>