Waqt li kien qed jindirizza l-attività politika li saret fil-lokalità tal-Għargħur il-Kap tal-PN qal li l-unika viżjoni għal dan il-pajjiż hija dik li qed iressaq il-PN.
Huwa qal li dalgħodu stieden lil Robert Abela biex flimkien nagħmlu mixja ta’ paċi nazzjonali biex nuru li Malta waħda magħquda qiegħda qalbha mal-Ukrajna… iżda Robert Abela baqa’ ma aċċettax din l-istedina nobbli.
Bernard Grech qal li meta wieħed ma jkollux viżjoni għażla waħda jibqgħalu… li jikkopja lil ħaddieħor u dan hu li qed jagħmel il-Partit Laburista.
Il-Kap tal-PN sostna li l-għażla fl-elezzjoni ġenerali hi jew li inti tagħti iktar poter lil Robert Abela li fl-aħħar snin ma ħoloqx settur ekonomiku wieħed jew inkella politika fejn il-persuni jkunu huma l-protagonisti.
“F’idejk għandek passaport li lilek jista’ jiftaħlek futur ta’ opportunitajiet jekk inti tagħżel lill-Partit Nazzjonalista.”
Huwa tkellem dwar il proposta ta’ 40 miljun ewro f’għajnuna għan-negozji sabiex jittaffa l-piż tal-għoli tal-ħajja. Saħaq li l-pN huwa kommess li joħoloq għaxar setturi ekonomiċi ġodda sabiex jinħolqu iktar impjiegi. Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jaħdem ukoll favur l-anzjani, il-familjia, iż-żgħażagħ, l-isportivi, l-artisti… favur kulħadd.
//= $special ?>