Internazzjonali Lokali

Robert Abela jirriffjuta li jwaqqaf il-kampanja għal ġurnata għal marċ favur l-Ukrajna

Robert Abela rriffjuta l-istedina tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech biex iż-żewġ partiti jwaqqfu l-kampanja elettorali u l-pajjiż jingħaqad f’marċ ta’ paċi b’solidarjetà mal-poplu Ukren.

Fid-diskors tal-għeluq tiegħu, Bernard Grech stieden lill-mexxej Laburista biex nhar is-Sibt li ġej iż-żewġ partiti jissospendu l-kampanja elettorali u jingħaqdu f’attività biex il-poplu Malti jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-komunitjiet Ukreni madwar id-dinja.

Imma mitluf għal kollox fil-parteġġjaniżmu, Abela injora għal kollox din l-istedina daqs li kieku dak li għaddej minnu dan il-poplu taħt assedju mhux ta’ importanza la għalih u lanqas għall-Partit Laburista.