Lokali

Robert Abela joħloq paniku sħiħ għalxejn dwar ix-xiri taċ-ċilindri tal-gass

L-għada li ħoloq paniku sħiħ, Abela qal li dak li qal mhux minnu tant li pajjiżna għandu biżżejjed għal xhur sħaħ

Fl-aħħar jiem inħoloq paniku sħiħ dwar ix-xiri taċ-ċilindri tal-gass wara li Robert Abela ħass li għandu jgħid li Malta qed taffaċja problema kbira fid-dawl ta’ nuqqas ta’ dan. Madanakollu, Liquigas Malta tkelmu ma’ Times of Malta fejn qalu li hawn biżżejjed mis-sors tant li hu garantit.

Minkejja dan kollu, il-bieraħ ġew imsejħa l-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni fil-parkeġġ tal-Pama wara li nħoloq kju sħiħ għal sigħat sħiħ ħdejn it-trakk taċ-ċilindri tal-gass. Tant marru nies jixtru ċilindri tal-gass, b’ħafna xtraw mill-inqas tlieta meta s-soltu jixtru wieħed, li dawk li marru iktar tard fil-ġurnata spiċċaw ma sabux ċilindru x’jixtru.

Jidher li s-sitwazzjoni tal-gass f’pajjiżna mhix se tkun daqstant ta’ problema hekk kif is-sors ta’ Liquigas Malta hi l-kumpanija Olandiża, SHV Energy u mhux kumpanija Russa. Minkejja dan, il-Prim Ministru qal it-Tlieta li impurtatur qed isib diffikultajiet biex iġib ċilindri tal-gass.