F’Pariġi illum se jiltaqgħu l-mexxejja Ewropej biex tkun diskussa s-sitwazzjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea huma bis-sħiħ kontra l-invażjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna hekk kif dawn qed jheddu s-sigurtà fl-Ewropa kollha.
Qabel is-summit, għall-ħabta tan-nofsiegħa, iltaqgħu il-mexxejj tal-Partit Popolari Ewropew illi kienu ndirizzati fost l-oħrajn mill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, il-President tal-PPE, Donald Tusk u c-Chairman tal-PPE, Manfred Weber.
Fis-summit mistenni jkun diskuss il-konsegwenzi tal-ġlied li ghaddej bhalissa bejn iż-żewġ pajjiżi u x’jista’ jsir biex l-Ewropa tissaħħaħ iktar minn qatt qabel.
//= $special ?>