Rapport: Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 13
BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 13
(3-3), (3-5), (3-2), (4-3)
Gowls miż-żewġ veterani David Cutajar u Neil Cassar fl-aħħar minuta, salvaw punt għal Birżebbuġa Freeport. Probabbilment ir-riżultat finali kien ġust hekk kif it-tnejn kellhom il-mumenti tagħhom, b’Neptunes kienu qrib ir-rebħa fl-aħħar sessjoni.
Birżebbuġa kienu konċentrati biżżejjed biex wieġbu fi tliet okkażjonijiet wara l-gowls ta’ Neptunes. Fit-tieni sessjoni, it-tim ta’ Pierre Borg ħa l-kontroll tal-logħba. Russell Spiteri u Ben Grech it-tnejn minn man-up, poġġew lil Birżebbuġa 5-4 minn fuq. Mark Castillo ġab id-draw iżda Birżebbuġa fetħu vantaġġ ta’ 8-5 sa nofs il-logħba.
Il-logħba dehret għat-telgħa għal Neptunes iżda t-tim immexxi minn Nenad Navarin baqa’ fil-logħba. Wara li Gabriel Pace skorja penalty fl-aħħar parti tat-tieni sessjoni, Neptunes skorjaw tliet gowls mingħajr risposta u reġgħu marru minn fuq. Iżda Birżebbuġa xorta rnexxielhom itemmu s-sessjoni minn fuq b’gowls fl-aħħar minuta minn Julian Farrugia u Neil Cassar.
Simili għal dak li seħħ fit-tielet sessjoni, doppjetta ta’ Michael Spiteri Staines u Gabriel Pace taw vantaġġ ta’ 12-10 lil Neptunes. Sa dak il-ħin kollox deher taħt kontroll, speċjalment meta Jordan Camilleri wieġeb għall-gowl ta’ Russell Spiteri. Iżda minuta mit-tmiem, Birżebbuġa kellhom man-up għat-tkeċċija temporanja ta’ Ryan Galea, b’David Cutajar inaqqas id-distakk. Kien il-veteran l-ieħor Neil Cassar li b’ħames sekondi għat-tmiem, skorja l-gowl tad-draw.
Neptunes: Mi. Farrugia, M. Zammit, Ma. Farrugia, G. Pace (3), J. Cachia (2), J. Spiteri Staines, M. Castillo (2), J. Camilleri (2), R. Galea (1), M. Spiteri Staines (3), D. Bugeja, L. Mallia, S. Mifsud
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (1), N. Cassar (2), B. Grech (1), C. Mifsud, R. Mock (1), G. Mannino (2), D. Cutajar (1), K. Tanti (1), R. Spiteri (2), M. Curmi, C.D. Borg, G. Sammut (2)
Referees: Peter Balzan, Stefan Licari
VALLETTA IZIBET………….. 15
OTTERS NIVEA……………… 3
(4-0), (3-2), (4-1), (4-0)
Valletta Izibet kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan il-kampjonat taħt it-tmexxija ta’ Joe Cremona. Logħba li fiha Valletta kkontrollaw mingħajr diffikultà, b’Otters iwettqu reazzjoni biss fit-tieni sessjoni.
Żewġ gowls fl-aħħar mumenti tal-ewwel sessjoni, taw vantaġġ ta’ 4-0, distakk li bih Valletta setgħu jikkontrollaw il-logħba. Luke Grech Carr naqqas id-distakk minn man-up iżda Luca Felice u Stephen Micallef kabbru l-vantaġġ fi ftit sekondi.
Valletta ħadu vantaġġ tajjeb ta’ 7-2 fil-bidu tat-tielet sessjoni u aċċertaw mit-tliet punti, b’gowls ta’ Michele Mifsud, Tristan Said u Otis Zammit fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni għal vantaġġ ta’ 11-3. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ fl-aħħar sessjoni b’erba’ gowls perjodikament.
Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia (2), M. Pace, L. Hyzler (1), Z. Micallef (1), T. Said (1), D. Paolella (1), M. Mifsud (3), S. Micallef (3), A. Agius (1), K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja, L. Felice (1), O. Zammit (1)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, L. Grech Carr (1), A. Camenzuli, D. Dimech, I. Azzopardi, L. Dimech, M. Farrugia, Z. Bartolo (2), A. Dimech, M. Grech
Referees: Alex de Raffaele, Richard Magri
Kif Jinsabu
Grupp A
L R D T F K Pti
Neptunes 3 2 1 0 30 16 7
Birżebbuġa 3 2 1 0 33 29 7
Exiles 2 2 0 0 29 9 6
Valletta 3 1 0 2 30 21 3
Ta’ Xbiex 2 0 0 2 11 23 0
Otters 3 0 0 3 5 40 0
*Neptunes ingħataw walk-over ta’ 5-0 kontra Otters
Grupp B
L R D T F K Pti
Sliema 2 2 0 0 28 8 6
San Ġiljan 1 1 0 0 14 0 3
Marsaskala 2 1 0 1 26 18 3
Sirens 1 0 0 1 3 14 0
Barracudas 2 0 0 2 4 35 0
Logħob li jmiss
Għada
Grupp A: Ta’ Xbiex v Exiles 4.00pm
Grupp B: Barracudas v Sirens 5.05pm, San Ġiljan v Marsaskala 6.10pm
//= $special ?>