Lokali

Chris Fearne skomdu dwar il-vot ta’ sħabu

Anke d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jidher li qed ihossu skomdu ferm jiggustifika l-vot inkwetanti tal-MEPs Laburisti aktar kmieni din il-gimgha…meta gew izolati minn shabhom stess, sabiex johorgu ghonqhom ghall-bejgh tal-passaporti.

Mistoqsi minn Net News waqt konferenza tal-ahbarijiet, Chris Fearne ghazel li jahrab il-mistoqsijiet. U kien ghalhekk li ezatt wara…insistejna ma’ Fearne li jwiegeb id-domandi taghna.

Jumejn ilu…il-Membri Parlamentari Ewropej ivvutaw b’mod assolut biex jitwaqqfu l-iskemi kollha li jbigħu il-passaporti. U minn madwar 700 Membru Parlamentari Ewropew.. kienu biss 12 dawk li vvutaw kontra.

Erba’ minn dawn kienu l-MEPs’ ta’ Robert Abela – Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar, Cyrus Engerer u Alfred Sant.

L-MEPs tal-Labour kienu l-uniċi 4 membri tal-Grupp tas-SoċjalistI fil-Parlament Ewropew li vvutaw kontra s-sospensjoni ta dawn l-iskemi.