Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li f’pajjiżna ġew irreġistrati 139 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 68 persuna oħra, sabiex b’hekk l-ammont tal-każi attivi issa huwa dak ta’ 1,149.
Fl-istess perjodu, il-pazjenti fl-Isptar Mater Dei żdiedu għal 49, filwaqt li 4 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant fortunatament, fl-aħħar sigħat l-ebda persuna ma tilfet ħajjithakaġun tal-virus.