Fuq inizjattiva spontanja ta’ diversi membri tas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp, Ħamrun, l-istess Soċjeta’ qed torganizza ikla ta’ ġbir ta’ fondi għall-bżonnijiet tal-Poplu Ukren. Il-fondi miġbura se jingħaddu lill-Kommunita’ Ukrena f’Malta li mbagħad se jgħaddu għand għaqdiet u entitajiet li qed jgħinu lill-Poplu Ukren f’din il-ġlieda qalila kontra l-aggressjoni.
Din l-ikla se ssir għada s-Sibt 12 ta’ Marzu filgħaxija fil-każin tas-Soċjeta’ u se jattendi għaliha rappreżentant tal-Kommunita’ Ukrena f’Malta fejn se ssir preżentazzjoni simbolika tal-okkażjoni u preżentazzjoni oħra iktar ‘il quddiem fejn jingħaddu l-fondi.
Malli din l-idea ħarġet fil-beraħ xita ta’ sponsors avviċinaw lit-tim organizzativ biex jagħtu l-għajnuna tagħhom u fi ftit siegħat l-ikla kienet fully booked. Għaldaqstant is-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp tirringrazzja lill-voluntiera kollha li ilhom ġranet jippreparaw bla heda, lill-isponsors kollha, il-persuni kollha li se jattendu u l-aħħar u żgur mhux l-inqas lill-Kommunita’ Ukrena għall-koperazzjoni.
Kull min jixtieq jagħti kontribuzzjoni jista jikkuntattjana fuq segretarjatsmsg@gmail.com jew fuq smsg1889@gmail.com jew jaghmel kuntatt maghna peremzz ta’ FB Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun – A.D. 1889 | Facebook
//= $special ?>