Ma naqsutx l-attenzjoni minn żvilupp sinifikanti, assoċjat mal-gwerra fl-Ukrajna, u li jitratta lill-media soċjali.
Dan meta Facebook u Instagram biddlu r-regoli biex ‘għal żmien’ jippermettu ‘stqarrijiet għall-vjolenza kontra s-suldati Russi li invadew lill-Ukrajna u kontra l-President Russu Vladimir Putin innifsu’.
Din hi l-ewwel darba li Facebook qiegħed jappoġġja ‘politika għall-forza’ mal-qawwiet u mexxejja ewlenin involuti fl-aggressjoni kontra l-Ukrajna
Min-naħa tiegħu, il-President Putin – waqt laqgħa ( f’Moska) mal-President tal-Belarus Alexander Lukashenko — qal li saru ‘l-iżviluppi pożittivi’ fin-negozjati bejn ir-rappreżentanti tiegħu u l-uffiċjali tal-Ukrajna. Madankollu, l-osservaturi tal-Punent huma xettiċi ħafna dwar il-kliem ta’ Putin meta l-Ukrajna – u l-Ewropa – għadhom qed jistennew ir-riżultati konkreti min-negozjati.
//= $special ?>

