Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Se jiżdied l-appoġġ militari tal-UE lill-Ukreni

L-Unjoni Ewropea għandha tibgħat aktar appoġġ militari lill-Ukrajna.

Dan ikkonfermah Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea waqt li kien qed jattendi għat-tieni parti tas-summit għall-Mexxejja tal-Unjoni li waslet biex tikkonkludi f’Versailles ( fi Franza).

L-Unjoni – li ltaqgħet b’urġenza għal dan is-summit ta’ jumejn biex tindirizza l-kriżi umana fl-Ukrajna – kienet diġà approvat l-ekwivalenti ta’ 500 miljun ewro ta’ għajnuna militari lill-Ukreni permezz tal-European Peace Facility.

Dan meta ħafna mill-fondi qegħdin jipprovdu hekk-imsejħa ‘assistenza letali’ lill-Ukreni, fuq l-inizjattiva tal-Istati-membri tal-Unjoni.