Skond ir-regolamenti tal-European Broadcasting Union, il-kanzunetti li jipparteċipaw fil-festival tal-Eurovision Song Contest ma jistgħux ikunu itwal minn tliet minuti. Jekk il-kanzunetti jaqbżu t-tlett minuti, dawn jiġu skwalifikati. B’hekk, id-diska ‘Brividi’ kantata minn Mahmmod u Blanco li se tirrapreżenta lill-Italja fil-Eurovision ta’ din is-sena, se jkollha tiġi irranġata skond dawn ir-regolamenti.
Bħalissa, il-kanzunetta ‘Brividi’ hija twila madwar tlett minuti u tlettin sekonda, iġifieri madwar nofs minuta aktar mit-tlett minuti meħtieġa skond ir-regolament tal-EBU. Iżda f’intervista ma’ Radio Italia, Mahmmod u Blanco assiguraw li l-producer Michelangelo Zocca qed jipprovdi għall-adattament tal-kanzunetta u qed jaħdem sabiex jagħmel l-impossibbli u jnaqqas 30 sekonda.
Fl-istess intervista, Mahmmod u Blanco assiguraw li l-verżjoni l-ġdida se tkun pjaċevoli xorta waħda u mhux se tiddiżappunta l-aspettattivi.
Intant, il-finali tas-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest ser isir nhar is-Sibt, 14 ta’ Mejju, fil-belt Taljana ta’ Turin. Dan wara s-success tal-grupp Maneskin fl-edizzjoni li ghaddiet.
Fil-25 ta’ Jannar li ghadda, Malta telgħet sabiex tkanta fl-ewwel nofs tat-tieni semi finali, li ser isir il-Ħamis, 12 ta’ Mejju. Fost il-pajjiżi li Malta ser tkun qed tikkompeti maghhom hemm l-Awstralja, Ċipru, l-Irlanda u l-Iżvezja. Dan filwaqt li l-ewwel semi finali ser jiġi organizzat it-Tlieta, 10 ta’ Mejju.
//= $special ?>