Lokali

Il-Komunità Ukrena se tiltaqa’ fil-Belt Valletta għada

Il-komunità Ukrena f’pajjiżna se tkun qed tiltaqa’ ħdejn il-funtana tat-Tritoni.

Din il-komunità qed tiltaqa’ b’mod regolari b’solidarjeta mal-poplu kollu tal-Ukrajna, bl-attività li jmiss se ssir għada fil-Belt Valletta.

Il-laqgħa se ssir fis-2.00pm.

Il-komunità Ukrena tavża li se tkun qed tiltaqa kull nhar ta’ Sibt qribt il-funtana tal-Belt bil-għan li tkun provduta informazzjoni dwar dak li qed iseħħ b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna kif ukoll sabiex din il-komunità tkompli tingħaqad u tkun ta’ sostenn għal xulxin.