Il-Labour ta’ Robert Abela ma jridx li l-Maltin u l-Għawdxin igawdu minn servizz adattat ta’ trasport tal-massa bit-tama li jkunu indirizzati l-isfidi tat-traffiku, li ta’ kuljum qed ikomplu jiżdiedu.
Ikkonferma dan Ian Borg, li sa matul din il-leġislatura kien il-Ministru responsabbli mit-Trasport u t-Toroq, li f’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nfexx jattakka l-proposta ta’ sistema moderna ta’ tramm – sistema li se titwettaq minn Gvern ġdid Nazzjonalista.
Ian Borg ikkonferma wkoll li l-Labour irid iħalli lill-poplu jistenna għal soluzzjoni effettiva. Dan hekk kif għadu qed iħalli l-wegħda tal-metro bħala l-unika alternattiva, minkejja li din mistennija tieħu madwar 30 sena biex titlesta. Ghalkemm Borg ħarab milli jghid x’inhu t-timeframe biex issir il-metro tal-Labour.
24 siegħa qabel, lanqas Robert Abela ma kien kapaċi jwieġeb x’inhu t-timeframe li għandu l-Labour biex iwettaq il-wegħda tal-metro, bl-unika intenzjoni tiegħu tibqa’ li jħalli lill-poplu jistenna għal għexieren ta’ snin mingħajr ma joħroġ bi proposta biex tissolva l-problema enormi tat-traffiku.
//= $special ?>