Elezzjoni 2022 Lokali

Il-Manifest tal-Labour jammetti l-falliment fis-saħħa fil-gżira Għawdxija

Il-Labour jerġa' jinsa għal kollox il-Living Wage

Hekk kif wara 3 ġimgħat stennija sabiex il-poplu jara u jifhem x’wegħdi qed joffri għal 5 snin li ġejjin, il-Partit Laburista issa kkonferma iswed fuq l-abjad li s-sistema tas-saħħa f’Għawdex falliet.

Dan hekk kif is-733 wegħda tal-manifest elettorali l-Partit Laburista qed taqbel proprju mal-Partit Nazzjonalista u l-proposta tiegħu hekk kif, bħal bosta wegħdi kkuppjati mill-programm elettorali tal-PN, il-Labour qed jisħaq li hemm bżonn bini ta’ sptar ġenerali ġdid f’Għawdex. Fi kliem sempliċi, ammissjoni li s-suppost investiment ta’ Vitals u Steward qatt ma seħħ.

Bħall-Partit Nazzjonalista, il-Labour qed jipproponi li dan l-isptar ikun joffri servizz għal madwar 400 pazjent.

Dan huwa xhieda ċara tal-falliment tal-bejgħ tal-isptarijiet, falliment tad-deal ma’ Vitals u Steward Healthcare u ammissjoni li l-Għawdxin għandhom bżonn ta’ servizz ta’ saħħa aħjar.

Intant, fil-Manifest ta’ Abela ma jissemma mkien l-Isptarijiet l-oħra ta’ Steward, Sptar San Luqa u Karin Grech – li matul dawn is-snin kollha x-xogħol mitlub mill-kumpanija barranija għadna qed nistennew il-frott tiegħu – xogħol li s’issa jidher huwa wieħed ineżistenti.

Ta’ min wieħed jinnota li fil-Manifest tissemma’ l-Metro. Madanakollu, jidher li kollox għadu fil-fażi inizjali tant li iswed fuq l-abjad il-Manifest jgħidlek li l-proġett isir la darba jkun vjabbli – li jfisser li lanqas biss huma ċerti li din tista’ ssir f’pajjiżna. Dan minkejja l-pompi kollha li rajna fix-xhur li għaddew.

Il-Manifest Laburista ma jsemmi imkien il-living wage, għad-detriment tal-familji Maltin u Għawdxin.