Lokali

Ir-Rally tal-PN nhar il-Ħadd fil-padiljun sportiv ta’ Kordin

Tkompli l-kampanja ‘Miegħek. Għal Malta’ – kampanja li daħlet fit-tielet ġimgħa tagħha, b’attiviatjiet ta’ kuljum fid-diversi lokalitajiet u mhux b’inqas bid-dibattitu fl-Università, fejn Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien ferm konvinċenti u fejn intlaqa’ tajjeb ħafna mill-istudenti Universitarji.

Din it-tielet ġimgħa tgħalaq b’Rally kbir fil-padiljun sportiv ta’ Kordin.

Qabel id-diskorsi politiċi dawk li se jattendu għal dan ir-rally se jkunu jistgħu igawdu minn mużika u kant permezz ta’ DJs u kantanti li se jkunu qed imexxu l-warm up ta’ din l-attività.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino spjega kif ittieħdet id-deċiżjoni li r-Rally din il-ġimgħa jsir f’post magħluq minħabba l-possibiltà tax-xita. Hu ħeġġeġ lil dawk kollha li jridu jisimgħu aktar dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-ġejjieni ta’ pajjiżna biex jattendi għal din l-attività.

Ir-rally jibda fit-3.30pm.