Lokali

“Jeħtieġ aktar kampanji edukattivi dwar is-sewqan”

Permezz ta’ stqarrija Doctor for Road Safety (D4RS) qalu li jinsabu mnikkta u diżappuntati li kien hemm numru ta’ incidenti tat-traffiku fatali u gravi fl-aħħar jiem u li kien hemm żieda fl-inċidenti, filwaqt li qalu li llum kellna d-disgħa vittma tal-2022. Dan in-numru huwa diġà l-istess mat-total ta’ vittmi mill-incidenti tat-traffiku għas-sena 2021 kollha.

Huma qalu li s-soċjetà civili ma tistax tibqa tattribwixxi r-responsabbilità sempliċiment fuq inċidenti jew sfortuna. Huma qal li jeħtieġ li ssir emfasi fuq kampanji edukattivi, konsistenti u ripetuti immirati lejn kull min juża’ t-toroq, filwaqt illi l-infurzar tal-liġi għandu jingħata spinta sinifikanti.

Doctor for Road Safety qalu li f’dan iż-żmien ta’ wegħdiet politiċi, flimkien mas-soċjetà ċivili tistenna illi r-rappreżentati politiċi jippreżentaw proposti konkreti u sinifikanti biex din is-sitwazzjoni allarmanti tkun indirizzata.