Il-Ħamis filgħaxija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara lill-kumpanija Level Academy, kumpanija li tispeċjalizza fit-taħriġ tal-gaming. Iż-żgħażagħ preżenti kellhom l-opportunita jitkellmu ma’ Bernard Grech dwar kemm dan is-settur tal-gaming qed jikber f’pajjiżna…u għalhekk saħqu li hemm bżonn li ninvestu iktar fih.

Bernard Grech fakkar kif Gvern ġdid Nazzjonalista se jinvesti b’saħħa f’dan is-settur sabiex isir qasam ekonomiku li jkun jista’ jimraħ u jinħolqu impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ.
Gvern Nazzjonalista se jirrikonoxxi l-e-sports bħala dixxiplina speċjalizzata filwaqt li jagħti appoġġ qawwi permezz ta’ għotjiet, tagħmir u taħriġ biex jissaħħaħ il-qasam tal-video gaming.
