Lokali

Lejla mimlija negattività – imwarrab id-Deputy Leader

24 siegha biss wara li Chris Fearne approfitta ruhu mill-assenza ta’ Robert Abela fil-Pjazza tas-Siggiewi, il-klikka tal-Leader sabu x-xoqqa f’moxxtha biex iwarrbu ghal kollox lid-Deputy Leader u minflok, jimbuttaw lill-mara ta’ Abela u lill-President tal-Partit ghaz-zewg attivitajiet tal-Hamis filghaxija – it-tieni lejla konsekuttiva tal-kampanja elettorali fejn l-Leader ma attendiex.

L-Erbgha, id-Deputy Leader nesa ghal kollox lil Abela u qal li l-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu hi bejnu u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Ghaldaqstant, dawk qrib Robert Abela fic-Centru Nazzjonali Laburista tefghu lid-Deputy Leader totalment fil-genb u minflok, baghatu lil martu u lill-President tal-Partit Ramona Attard.

Taħt it-tinda f’Pembroke, il-President tal-Labour kompliet bin-negattività partiġġjana f’attakk wieħed wara l-ieħor fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista. Mill-banda l-oħra hija saħqet li fl-aħħar 9 snin implimentaw il-manifesti elettorali tagħhom..

Madanakollu il-wegħdiet rigward l-ambjent f’żewġ manifesti elettorali baqgħu fl-arja; kif baqghet fl-arja wkoll il-weghda li jigu mharsa l-jobs fl-AirMalta.

Taht it-tinda…tkellem ukoll Carmelo Abela li f’kummenti partiġġjani ħass il-ħtieġa li jattakka l-Partit Nazzjonalista – deskritt bħala traditur għax perreċċ il-ħwejjeġ maħmuġin ta’ Gvern Laburista,….ghalkemm nesa jsemmi t-tmexxija ta’ impunità liema bħalha, li waslet għall-qtil ta’ ġurnalista.Intant, aktar tard, Lydia Abela indirizzat liż-żgħażagħ taħt it-tinda fil-Foss tal-Imdina fejn insistiet li l-Labour huwa partit kredibli.

Dan minkejja li kienu bosta dawk il-Ministri li kellhom jirreżenjaw minħabba inkompetenza, b’4 Ministru tal-Edukazzjoni f’leġiżlatura waħda.