Elezzjoni 2022 Lokali

ll-PN bi programm ta’ appoġġ għall-bdiewa u r-raħħala

Fil-qalba tal-politika agrikola tal-Partit Nazzjonalista hemm programm ta’ appoġġ lill-bdiewa u r-raħħala, li jirrikonoxxi l-impenn tagħhom u l-kontribut imprezzabbli li jagħtu lejn l-ekoloġija u l-ikel bnin f’pajjiżna.

Il-Ġimgħa filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara f’razzett fl-Imġarr fejn hemmhekk kellu l-oppportunita jitkellem ma’ numru ta’ bdiewa u raħħala …li fost l-oħrajn semmew it-tħassib tagħhom għall-fatt li l-prezz tal-ġwież qiegħed dejjem jgħola.

Huwa saħaq fuq l-importanza li jkun hemm djalogu bejn il-partijiet kollha involuti għalhekk se jitwaqqaf Kunsill Malti għall-iżvilupp tal-Politika għall-Agro Industrija Maltija u Għawdxija. Dan id-djalogu se jinvolvi lil dawk kollha involuti fis-supply chain biex f’pajjiżna jkollna suċċess għal kull min huwa involut fil-proċess kollu ‘farm to fork‘.

Bernard Grech qal li li f’pajjiżna hemm bżonn li jkollna pitkalija, pixkerija u biċċerija li jkunu effiċjenti bl-aħjar sistemi innovattivi ….fejn il-prodott ikun jista’ jinbigħ bl-aħjar valur.

Gvern ġdid Nazzjonalista se jaħdem sabiex ir-raba’ tal-Gvern ma jibqax jitpoġġa fis-suq bi prezz kummerċjali ….sabiex il-bdiewa żgħżagħ ikunu jistgħu joffru l-offerta tagħhom fuq kriterji stabbiliti.

Il-Partit Nazzjonalista jrid li l-prodott Malti jkun iktar kompetittiv, ikun hemm diversifikazzjoni lejn biedja organika, isir użu iktar strateġiku ta’ Fondi Ewropej, ikun hemm one stop shop għas-servizzi li jużaw, ikun simplifikat il-process ta’ trasferiment tal-qbiela, jinghataw vouchers bħala kunmpens għall-ispiża tad-diesel u jkun facilitat it-trasport tat-tgħabija.