Żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Raħal Ġdid tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ 18-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq mal-€1,200 minn ħanut tal-Gaming li jinsab fi Triq ir-Repubblilka, l-Belt, Valletta. Il-każ seħħ fi Frar tas-sena l-oħra meta iż-żagħżugħ daħal fil-ħanut Fiarbet u seraq il-flus b’dannu għad-direttur tal-kumapnija Antoine Pace Mercieca.
Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke qieset in-natura tar-reat, il-koperazzjoni tiegħu mal-pulizija, l-ammissjoni bikrija tiegħu u l-fatt li l-ħati radd diġà l-ammont misruq. Għal dawn ir-raġunijiet, il-qorti sabitu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u poġġietu taħt ordni ta’ probation għal 18-il xahar b’diversi kundizzjonijiet.
Il-Qorti wissietu bil-konsegwenzi jekk iwettaq reat ieħor f’dan il-perjodu u li jrid joqgħod għall-ordnijiet li jingħatawlu mill-uffiċċju tal-probation. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Michael Vella.
//= $special ?>