Raġel ta’ 66 sena tilef ħajtu traġikament dalgħodu f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
Il-vittma kien riekeb fuq serkin flimkien ma’ raġel ieħor ta’ 64 sena meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn is-serkin li kienu fuqu u karozza tat-tip Skoda Yeti.
Immedjatament fil-post waslu tim mediku u ambulanza li ħadu liż-żewġ irġiel l-isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li sofrew. Sfortunatament aktar tard, ir-raġel ta’ 66 sena tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li sofra. Il-kundizzjoni tar-raġel l-ieħor għadha mhux magħrufa.
Iż-żewġt irġiel huma mir-Rabat. L-inċident seħħ fl-istess lokalità, preċiżament fi Triq Ħad Dingli.
Il-Pulizija li marru fil-post tal-inċident qed jinvestigaw il-każ li dwaru nfetħet ukoll inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca.
//= $special ?>