Futbol Sport

Santa Lucia jieħdu tliet punti wara gowl fil-ħin miżjud

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Matthias Mizzi

Balzan…………..0

Santa Lucia……..1

Balzan: J. Galea, M. Duric, P. Fenech, N. Gulan (A. Loof 36′), U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, G. Camilleri (M. Grima 87′), M. Mijic, A. Andrejic, B. Kaljevic (K. Daniels 68′), S. Cipriott ( N. Frendo 68′)

Santa Lucia: J. Haber, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti, P. Silva Mota (J.Tanti 78′), V. Plut, A. Valpoort, V. Luiz Pretes, J. Zerafa ( A. Da Silva 68′), D. Xuereb, Y. Soares

Imwissija: P. Silva Mota 19′, N. Gulan 24′, A. Da Silva 79′

Skorjaw: A. Da Silva 90′

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees:  Jurgen Spiteri & Mitchell Scerri

BOV Plejer tal-Logħba: Justin Haber (STL)

F’konfront dirett min-naħa t’isfel tal-klassifika, Santa Lucia salvaw tliet punti deċiżivi b’gowl ta’ Alan Da Silva Souza fid-disgħin minuta. B’dan ir-riżultat Santa Lucia saħħew it-tamiet tagħhom għas-salvazzjoni biex issa ġew punt biss ‘il bogħod mill-istess Balzan.

Ftuħ tal-partita u Balzan kienu mal-ewwel perikolużi meta minn rebound ta’ Milan Duric, Bojan Kaljevic tefa’ għoli minn taħt il-lasti. Erba’ minuti wara Santa Lucia rrispondew b’daqqa ta’ ras ta’ Yoel Soares imma l-goalkeeper internazzjonali Malti Jake Galea kien f’pożizzjoni tajba biex salva b’diffikultà. Il-Balzanin komplew jippressaw biex fil-35 minuta Milos Mijic kien sfortunat meta l-konklużjoni tiegħu għaddiet viċin il-wieqfa.

Fit-tieni taqsima, proprju mas-siegħa logħob Justin Haber kien strumentali meta wiċċ imb wiċċ ma’ Andrejic salva konklużjoni minn mal-art. Ir-ritmu fil-kumplament tal-partita naqqas xi ftit b’Balzan aktar komdi jdawwru l-ballun u joperaw bil-kontrattakk waqt li Sta Lucia dehru aggressivi għall-gowl kruċjali. Proprju fid-90 minuta s-sostitut Alan Da Silva Souza tefa’ lill-partitarji f’delirju ta’ ferħ b’gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa u li l-gowlkeeper Jake Galea ma’ setax isalva.