Maġistrat li qed tisma’ każ t’omiċidju fil-Qorti t’Għawdex illum iffissat diversi seduti wara xulxin. Dan wara li l-Avukat Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ddikjara li minħabba direttivi industrijali mill-union huma kienu qed jattendu biss għall ewwel stadju tal-proċeduri.
Din d-dikjarazzjoni turi kif l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jinsab fi kriżi serja li qed taffettwa l-amministrazzjoni tal-gustizzja f’dan l-pajjiz u dan meta l-pajjiż jinsab taht l-lenti tal-FATF minhabba l-greylisting.
Din is-sitwazzjoni tista’ twassal biex l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, waħda mill-aktar istituzzjonijiet importanti f’dan l-pajjiż, jista jiġi kważi pparalizzat se jkollu konsegwenzi fuq l-andament ta diversi kawżi, fosthom dawk l-aktar l-aktar serji fil-pajjiż.
Ftit ilu l-għaqda Repubblika sejħet għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali minħabba diversi nuqqasijiet filwaqt li huma bosta dawk li jaħdmu fil-qasam li jgħidu li qabel inħatret ghal din l-kariga mill-Gvern Laburista, Buttigieg ma kellha l-ebda esperjenza fil-Liġi Kriminali.
Mhux magħruf kif se tiżviluppa l-kriżi serja fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, iżda soluzzjoni immedjata qed tidher diffiċli ferm, u hemm biża’ li s-sitwazzjoni tiggrava aktar.
//= $special ?>