Rapport: Stewart Said
SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS… 16
MARSASKALA FISH AND FISH……… 8
(4-3), (5-1), (4-1), (3-3)
Ben Plumpton għamel l-ewwel dehra tiegħu f’dan il-Kampjonat tax-Xitwa bi kbir hekk kif kien strumentali biex San Ġiljan Mercury Towers għelbu lil Marsaskala Fish and Fish 16-8.
Fl-assenza tal-kowċ Dorian Pisani, San Ġiljan ħadu r-riedni tal-logħba fit-tieni sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi fit-tieni parti tas-sessjoni. Ben Plumpton skorja tliet minn dawn il-gowls u kabbar il-vantaġġ għal 9-4.
Dan id-distakk għen lil San Ġiljan biex jikkontrollaw il-logħba u rnexxielhom jiskorjaw erba’ gowls oħra mingħajr risposta sakemm Paul Privitera naqqas id-distakk bi ġmiel ta’ gowl. L-aħħar sessjoni kienet botta u risposta, b’Jake Ciantar jiskorja tripletta għal Marsaskala.
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), B. Plumpton (8), D. Fero, R. Caruana, M. Zammit (2), M. Ortoleva (4), D. Tully (1), K. Grech, N. Zammit, D. Zammit, N. Schiavone, G. Vassallo, F. Scardino, L. Brownrigg
Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli, P. Privitera (2), R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (2), G. Sammut, J. Ciantar (3), M. Carani (1), A. Muscat, L. Falzon, C. Mercieca
Referees: Peter Balzan, Richard Magri
TA’ XBIEX AMIGOS…………. 6
EXILES…………………………….. 11
(1-3), (2-3), (2-1), (1-4)
Exiles telgħu fil-quċċata ta’ Grupp A bit-tielet rebħa minn tlieta. Rebħa meritata kontra ż-żgħażagħ ta’ Ta’ Xbiex li baqgħu fil-logħba sal-aħħar sessjoni. Għal Exiles irritorna fit-tmexxija tat-tim Aurelien Cousin li kien nieqes fl-aħħar logħbiet.
It-tliet gowls vantaġġ fl-ewwel sessjoni wittew it-triq għar-rebħa. Il-fatt li Ta’ Xbiex ma ħallewx lil Exiles ikabbru d-distakk b’aktar minn erba’ gowls, għenhom biex jibqgħu fil-logħba.
Jayden Cassar naqqas id-distakk għal 6-3 u fit-tielet sessjoni, b’Elijah Schembri u Edward Meli naqqru l-vantaġġ għal 7-5. Id-differenza baqgħet ta’ żewġ gowls fl-aħħar sessjoni, sakemm Max Aquilina, Kurt Griscti u Mark Fenech kabbru d-distakk għal 11-6 f’anqas minn tliet minuti.
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina, J. Pace Mizzi, E. Meli (1), S. Engerer (1), Z. Cutajar Licari, J. Cassar (1), E. Schembri (3), B. Attard Littschwager, P. Tabone, J. Chircop, Z. Dzanovic
Exiles: M. Castillo, N. Saliba (1), S. Apap, P. Paris (3), L. Pursehouse, M. Fenech (1), K. Griscti (2), N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (2), D. Fenech (1), G. Borg
Referees: Stefan Licari, Alex de Raffaele
BARRACUDAS…………………. 6
SIRENS MECCA MARIN…. 28
(1-6), (1-4), (3-10), (1-8)
Sirens Mecca Marin kisbu l-akbar rebħa sa issa f’din il-kompetizzjoni. Huma kienu bla ħniena kontra Barracudas, b’valanga ta’ gowls f’kull sessjoni, tant li rnexxielhom isibu x-xibka xejn anqas minn 11-il plejer differenti.
It-tim ta’ Marko Orlovic wera l-intenzjonijiet tiegħu mill-ewwel u fetaħ vantaġġ ta’ sitt gowls ma’ nofs l-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ kompla jikber tant li b’madwar tliet minuti għal tmiem it-tieni sessjoni, Sirens kellhom vantaġġ ta’ 10-1.
Għalkemm kienu serrħu rashom mit-tliet punti, Sirens baqgħu jżidu l-vantaġġ. Gianni Farrugia bi tripletta u Matthew Sciberras b’doppjetta skorjaw nofs il-gowls għat-tim ta’ San Pawl il-Baħar f’din is-sessjoni. Sirens baqgħu jkabbru l-vantaġġ, b’xejn anqas minn sitt plejers niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Barracudas: C. Bugeja, A. Piccione, A. Magri, P. Micallef, J. Bugeja, R. Sciortino (1), D. Ciantar, L. Galea (2), A. Falzon, S. Camilleri (1), A. Mifsud (1), T.J. Mifsud (1), L. Abela
Sirens: T. Micallef, P. Serracino (1), K. Erdogan (2), J. Sciberras (5), J. Zerafa Gregory (6), G. Farrugia (3), M. Chircop (2), I. Riolo (2), J. Napier (1), M. Cutajar (1), M. Sciberras (3), M. Aquilina (1), M. Bonello Dupuis, K. Agius (1)
Referees: Alex de Raffaele, Massimo Angileri
Logħob li jmiss
It-Tlieta
Grupp B: Sirens v San Ġiljan 6.30pm
Grupp A: Exiles v Neptunes 7.35pm