Jonqos ġimagħtejn għal jum l-elezzjoni.
Madankollu, għal dawk kollha li se jkunu imsefrin jew li ghal raġuni mediċi ma jistgħux jivvutaw fis-26 ta’ Marzu, dawn jistgħu jixħtu l-vot tagħhom is-Sibt li ġej.
Biex jagħmlu hekk, irid jirreġistra dirett mal-Kummissjoni Elettorali n-Naxxar billi jmir hemmhekk qabel nhar il-Ġimgħa f’12.00pm.
Intant, il-proċess tat-tqassim tal-voti fid-djar intemm; biex issa min għadu ma rċeviex il-vot tiegħu irid imur jiġbru mill-għassa tal-lokalità, jew fejn mhemmx għassa, mill-Kunsill Lokali.
Dan il-ġbir jista’ jsir minn nhar l-Erbgħa sa nhar il-Ġimgħa bejn it-8.00 u s-1.00pm, u bejn it-3.00pm u t-8.00pm. Is-Sibt 19 ta’ Marzu jistgħu jinġabru bejn it-8.00am u l-10.00pm, u l-Ħadd 20 ta’ Marzu bejn it-8.00am u 12.00pm.
Min ma jlaħħaqx imur għall-vot sal-Ħadd 20 ta’ Marzu jkun fadallu l-aħħar ċans li jiġbru minn Naxxar (l-eks Trade Fair Grounds) bejn it-Tnejn 21 ta’ Marzu u l-Ħamis 24 ta’ Marzu f’nofsilejl.
Fl-isfond tal-pandemija qed isiru wkoll arranġamenti għal min hu pożittiv bħalissa jew fi kwarantina. Għal dawn, il-Kummissjoni ħarħet avviz li dawn il-persuni se jkunu qed jivvutaw fi drive-through centres. Id-dettalji dwar dan jinkiseb billi wieħed iċempel direttament lill-Kummissjoni fuq 2226 1010.
Dawk li għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom huwa mħeġġa jagħmlu dan sabiex ikunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjoni generali tas-26 ta’ Marzu li ġej.
//= $special ?>