Rowen Camilleri
BIRKIRKARA……….1
VALLETTA…………..1
Birkirkara: A. Sylla, E. Ruiz, E. Pepe, J. Macedo, P. Mbong (B. Bonanni 66’), K. Zammit, C. Attard, L. Aguirre, K. Bevis (R. Scicluna 84’), L. Montebello (F. Falcone 84’), D. Venancio
Valletta: A. Guarnone (Y. Cini 77’), J. Borg, T. Caruana (A. Zammit 66’), C. Gauci (R. Camilleri 77’), E. P. Beltre, D. Promise, I. Curjuric, R. Muscat (H. Dilaver 77’), E. Sala, C. Prado (L. Campos 66’), M. Fontanella
Imwissija: C. Attard 25, D. Venancio 53’, E. Ruiz 57’ (B), E. P. Beltre 45’,R. Muscat 51’, J. Borg 78’ (V)
Skorjaw: P. Mbong 26’ (B), D. Promise 90+1 (V)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri
Il-Mument Plejer tal-logħba: Paul Mbong (Birkirkara)
BOV Plejer tal-Logħba: Ivan Curjuric (Valletta)
F’parita movimentata, bil-logħob maqsum bejn iż-żewġ timijiet, Valletta rnexxielhom jieħdu punt fl-aħħar minuti li iżda ma’ kienx biżżejjed għalihom għax wara r-rebħa ta’ Gudja United kontra Mosta huma l-Beltin li se jkunu qed jilgħabu mal-aħħar sitta fir-rawnd li jmiss.
Wara erba’ minuti logħob Ivan Curjuric għoddu ħasad lil Sylla b’xutt minn free kick dirett bil-goalkeeper Karkariż ikollu jtajjar parzjalment u b’diffikultà. Fl-10 minuta Birkirkara fuq l-attakk meta Macedo qassam lejn Montebello iżda x-xutt minn barra tal-internazzjonali Malti jgħaddi għoli. Tliet minuti wara Aguirre jipprova minn barra iżda Guranone jilqa’ tajjeb. Fis-26 minuta Birkirkara marru minn fuq meta kien Kurt Zammit li tefa’ kross fil-kaxxa, bid-difensur Belti Jean Borg jonqos milli jtajjar il-periklu, il-plejer PAUL MBONG jidħol bil-ġirja u jfajjar xutt b’saħħtu li għeleb għal kollox lil Guarnone għal 1-0. Minuta wara azzjoni simili mibdija mix-xellug din id-darba minn kross ta’ Montebello, ix-xutt ta’ Bevis jgħaddi ftit barra. Fit-42 minuta Valletta kellhom gowl imħassar meta Sala bi kross preċiż sab lil Promise li għola bir-ras u tefa’ fix-xibka iżda Fyodor Zammit iġġudika foul fuq Sylla u għalekk ħassar il-gowl.
Ma’ l-ewwel sekondi tat-tieni taqsima Birkirkara komplew jattakkaw lil Valletta meta kien pass ta’ Venancio lejn Mbong, bl-awtur tal-gowl javvanza fil-kaxxa iżda x-xutt angulat tiegħu ikun imdawwar f’korner minn Guarnone. Fil-55 minuta Ivan Curjuric inkariga ruħu minn free kick dirett iżda għalkemm ix-xutt tiegħu deher perikoluż, Amara Sylla f’żewġ tentattivi laqa’ tajjeb. Erba’ minuti wara Ciao Prado daħal fil-kaxxa avversarja u qassam lura lejn Ivan Curjuric li wara li qabeż difensur spara xutt b’saħħtu u fortunatament għal Amara Sylla l-ballun stampa mal-mimduda u mar barra. Valletta komplew ifittxu l-gowl tad-dro u fit-68 minuta minn azzjoni personali Mario Fontanella ra x-xutt minn barra tiegħu jiġi milqugħ b’diffikultà minn Amara Sylla. Fis-87 minuta s-sostitut Andrea Zammit bil-kross tiegħu isib lil David Promise li iżda bir-ras ma’ ħoloqx problemi għal Sylla. Minuta wara kien Cain Attard li approfitta minn żball difensiv iżda wara li avvanza u sab ruħu wiċċ imb wiċċ ma’ Cini ra x-xutt tiegħu milqugħ mill-gowlkiper sostitut Belti. Fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud Valletta kisbu l-gowl tad-draw. Kien żball tal-goalkeeper Amara Sylla li qassam il-ballun f’saqajn DAVID PROMISE li mingħajr ma’ qadt jaħsibha tefa’ fix-xiba għal 1-1. Għalkemm l-aħħar minuti kienu ddominati minn Valletta l-iskor baqa’ ma’ nbiddilx u ż-żewġ timijiet joħorġu mill-grawnd b’punt kull wieħed.
//= $special ?>