Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-karozza f’Għawdex

Ingliż ta’ 31 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tlief il-kontrol tal-vettura li kien qed isuq u nqalbet. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex.

Fuq il-post mar tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u iktar tard ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.