Huma 51,522 id-dokumenti tal-vot li ma tqassmux fid-djar tal-persuni eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali.
il-proċess tat-tqassim tal-voti fid-djar intemm ilbieraħ biex issa min għadu ma rċeviex il-vot tiegħu irid imur jiġbru mill-għassa tal-lokalità, jew fejn mhemmx għassa, mill-Kunsill Lokali.
Dan il-ġbir jista’ jsir minn nhar l-Erbgħa sa nhar il-Ġimgħa bejn it-8.00 u s-1.00pm, u bejn it-3.00pm u t-8.00pm. Is-Sibt 19 ta’ Marzu jistgħu jinġabru bejn it-8.00am u l-10.00pm, u l-Ħadd 20 ta’ Marzu bejn it-8.00am u 12.00pm.
Min ma jlaħħaqx imur għall-vot sal-Ħadd 20 ta’ Marzu jkun fadallu l-aħħar ċans li jiġbru minn Naxxar (l-eks Trade Fair Grounds) bejn it-Tnejn 21 ta’ Marzu u l-Ħamis 24 ta’ Marzu f’nofsilejl.
Fl-isfond tal-pandemija qed isiru wkoll arranġamenti għal min hu pożittiv bħalissa jew fi kwarantina. Għal dawn, il-Kummissjoni ħarħet avviz li dawn il-persuni se jkunu qed jivvutaw fi drive-through centres. Id-dettalji dwar dan jinkiseb billi wieħed iċempel direttament lill-Kummissjoni fuq 2226 1010.
Dawk li għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom huwa mħeġġa jagħmlu dan sabiex ikunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjoni generali tas-26 ta’ Marzu li ġej.
//= $special ?>