It-tentattivi l-ġodda biex iċ-ċivili jsalvaw mill-ibliet Ukreni taħt bumbardament saru aktar diffiċli minħabba li l-qawwiet tar-Russja qed jippersistu bl-attakki fuq il-familji maqbudin fl-inħawi.
L-inizjattivi qed ikunu dejjem aktar ikkumplikati minkejja li twaqqfu r-rotot ‘umanitarji’ madwar Mariupol, Sumy u villaġġi fil-limiti ta’ Kiev.
Is-sitwazzjoni f’Mariupol hi partikularment iddisprata wara ġimgħatejn ta’ bumbardamenti, biċ-ċivili qegħdin imutu minn ‘siegħa għall-oħra’.
Dan ukoll meta qed ikomplu l-evakwazzjonijiet madwar il-kapitali Kiev, bir-Russi jħejju l-attakki ġodda fuq il-kapitali.
//= $special ?>

