Il-Ministeru tad-Difiża Russu wissa lill-Punent li l-konvojs tal-armi li jintbagħtu lill-ġellieda Ukreni kapaċi jkunu ‘miri leġittimi’ għall-Armati ta’ Moska fil-jiem li ġejjin.
Il-Viċi-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Ryabkov, qal li r-Russja diġà wissiet lill-Istati Uniti li t-trasport tal-armamenti mill-pajjiżi tal-Punent lejn l-Ukrajna ( għad-difensuri Ukreni) mhux talli jinvolvi pass perikoluż iżda ‘jiftaħ beraħ biex il-konvojs jispiċċaw bersall għall-ajruplani militari u l-missili tal-Kremlin’.
Ryabkov qal li l-Istati Uniti ma ħaditx it-twissija bis-serjetà u li Moska ‘mhix se toqgħod tħares’ waqt li l-Punent jittrasferixxi sistemi ta’ difiża għal kontra l-ajruplani u l-missili għall-kontra t-tankijiet lill-Ukreni ta’ Volodymyr Zelensky.
//= $special ?>