Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: L-akbar telf ta’ suldati Russi fi żmenijiet moderni

Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky indirizza lill-poplu fejn qal li l-Armata tar-Russja tilfet ammont ‘rekord’ ta’ suldati f’din il-gwerra u li ‘il quddiem kapaċi toħroġ konferma li l-Kremlin seta’ tilef diġà ‘aktar truppi milli mietu fl-invażjoni tal-Afganistan snin ilu mill-qawwiet tal-eks Unjoni Sovjetika.’

Mill-bidu tal-gwerra ‘il hawn fl-Ukrajna nqatlu wkoll 13-il kmandant militari tar-Russja — fosthom tliet Ġenerali — li hi ħaġa bla preċedent fid-drabi kollha li r-Russja kienet involuta fi gwerra.

Dan ukoll waqt li aktar minn 30 battaljun tal-Armata Russa tant tilfu suldati u tagħmir u li mgħadhomx effettivi għall-kumbattimenti.

Sadanittant, Zelensky insista mill-ġdid li pajjiżu qed jaħdem flimkien mal-Kummissjoni Ewropea biex iħaffef il-proċess tas-sħubija tal-Ukrajna fl-Unjoni Ewropea.