L-attakki tar-Russi, fl-aħħar sigħat, komplew fuq diversi bliet ewlenin madwar l-Ukrajna, bir-riġmenti ta’ Putin qed jippruvaw jiċċirkondaw l-ibliet anki waqt li r-residenti u l-qawwiet Ukreni qed jissieltu biex jikkonsolidaw id-difiżi, fost id-daqq tas-sireni u l-isplużjonijiet kontinwi.
L-ibliet ta’ Kharkiv, Mariupol, Mykolaiv u Sumy ilhom il-jiem iġarrbu l-bumbardamenti bla heda u fejn ir-residenti ċivili qed ibatu min-nuqqas ta’ ikel, ilma u dawl. Il-kriżi umanitarja għadha partikularment akuta għar-residenti f’Mariupol, fejn ir-Russi qerdu numru ta’ skejjel u kliniċi – u bl-aħħar rapporti jgħidu li l-Armata ta’ Putin sparat l-artillerija lejn moskea fejn kienu qed jistkennu l-għexieren tal-adulti u t-tfal.
L-assedju fuq Mariupol qed tidher li intensivikat wara li s-Sindku tal-belt, Vadym Boychenko, ħareġ messaġġ bil-video fejn akkuża lir-Russja ‘b’li qed twettaq gwerra krudili u distruttiva kontra l-umanità.
//= $special ?>

