Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Dmytro Kuleva, qal li pajjiżu lest li jidħol f’negozjati mar-Russja iżda għamilha ċara daqs il-kristall li l-qawwiet ta’ pajjiżu mhumiex se jċedu lir-reġim ta’ Vladimir Putin — u lanqas mhuma se jaċċetta xi ultimatum minn Moska.
Kuleba — waqt li kien qed ikun intervistat mill-istampa internazzjonali permezz tal-mezzi virtwali — qal li l-Ukrajna mhix se tagħlaq il-bieb għat-taħditiet diplomatiċi ma’ Moska iżda enfasizza li r-Russi qegħdin jippersistu b’domandi li huma inaċċettabbli għal Kiev.
U filwaqt li l-Ukreni qed ikomplu bir-reżistenza determinata, Kuleba qal li pajjiżu se jeħtieġ aktar provvisti militari, bir-Russja żżid il-pressjoni fuq l-ibliet prinċipali tal-Ukrajna. Hu talab mill-ġdid lill-pajjiżi tal-Punent biex jissupplixxu lill-Ukrajna bil-fighter jets ġodda fejn spjega li dawn kapaċi jsalvaw il-ħajja ta’ aktar ċivili Ukreni. Hu żied li f’sitwazzjoni fejn l-Ukrajna tkun tista’ issaħħaħ il-qawwiet tal-ajru tagħha, pajjiżu jkollu l-kapaċità biex jattakka lit-tankijiet u l-karrijiet armati ta’ Putin li qegħdin jippruvaw jiċċirkondaw lill-ibliet Ukreni.
Il-Ministru Ukren temm jgħid li Moska qed tuża l-istess tattiċi tal-gwerra distruttivi fl-Ukrajna li applikat matul il-gwerra ċivili tas-Sirja,.
Dan waqt li hu ħeġġeġ lill-Punent biex jgħin lill-Ukrajna fl-investigazzjonijiet — u l-ipproċessar futur — ta’ allegati reati tal-gwerra min-naħa tar-Russi f’dan il-konflitt.
//= $special ?>