Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Putin mhux jaċċetta l-appelli għall-waqfien mill-ġlied

L-aħħar rapporti dwar il-Gwerra tal-Ukrajna qalu li l-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Kanċillier tal-Ġermanja, Olaf Scholz reġgħu kellhom il-kuntatti bit-telefon mal-President Putin, fejn insistew biex ir-Russja tieqaf mill-ġlied immedjatament.

Madankollu, Putin u l-Kremlin ta’ Moska mhumiex jaċċettaw dawn l-appelli, bl-eżodu ta’ ċivili mill-Ukrajna qed ikompli.

Issa wkoll ħarġet il-konferma li llaħqu ħarbu ‘il fuq minn 2.5 miljun Ukren lejn il-pajjiżi ġirien, b’kelliema fil-Polonja jgħidu li l-pajjiż qed iżomm aktar minn 1.6 miljun Ukreni.

Dan waqt li l-Moldova wissiet li ‘qed issibha impossibbli biex tlaħħaq mal-mewġa tar-refuġjati mill-Ukrajna’.