Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, akkuża lir-Russja b’li qed tippersisti ‘b’fażi ta’ terrur ġdida’ waqt l-invażjoni ta’ pajjiżu.
Dan wara li s-Sindku ta’ Melitopol, Ivan Fedorov, inħataf mir-Russi u ttieħed lejn lokalità mhix magħrufa.
Din l-azzjoni qed titqies bħala reat tal-gwerra taħt il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-Gvern Ukren jitlob l-għajnuna tal-komunità internazzjonali biex is-Sindku jinħeles.
Intant, mijiet ta’ residenti qed joħorġu fit-toroq ta’ Melitopol biex jipprotestaw dwar ‘l-aġir indiskriminattiv mill-Kremlin ta’ Moska. ‘
//= $special ?>

