Lokali

Il-komunità Ukrena f’Malta tingħaqad f’solidarjetà sħiħa mal-poplu tagħhom

Numru ta’ Ukreni li jgħixu Malta, fosthom saħansitra tfal, inġabru biswit it-Tritoni, fil-Belt Valletta bħala simbolu ta’ solidarjetà ma’ qraba, ħbieb u kollegi li jinsabu fl-Ukrajna jiġġieldu għal pajjiżhom.

Fost il-messaġġi li ntbatu kien hemm li wieħed mhux biss għandu juri solidarjetà mal-Ukreni iżda joffri wkoll kull għajnuna possibli li l-pajjiżi jistgħu jagħtu.

Ta’ kull ġimgħa, il-komunità Ukrena f’pajjiżna tiltaqa’ biex tagħti l-aħħar aġġornamenti dwar l-invażjoni fl-Ukrajna mir-Russja.

L-Ukrajna ilha tissielet kontra l-attakki tar-Russi għal iktar minn ġimagħtejn fejn mill-inqas 600 Ukren, fosthom 41 tifel u tifla, tilfu ħajjithom kawża ta’ bombi li qed jintefaw mill-forzi Russi.

Ritratti: Martin Agius