Għax baqa’ mwaħħal mal-passat, il-Labour ta’ Robert Abela qed juża’ politiċi bħal Joe Debono Grech biex jippromwovi lil dawk viċin il-Leader.
F’attività fix-Xewkija, l-eks Ministru Laburista – li kkontesta għall-ewwel darba fl-1966 – ikkonferma li ghal-Labour il-korruzzjoni hija accettabbli ghaliex minnha “tista’ tieħu xi ħaġa”.
Joe Debono Grech ta palata sew lil Clint Camilleri, tant li qal li qablu, Għawdex kien abbandunat. Bħala eżempju, hu semma’ Pjazza San Franġisk, fejn skont hu, ħaddieħor dewwem il-proġett, filwaqt li Camilleri lestiha f’sena.
Barra minhekk, l-eks Ministru tas-sebgħinijiet ikkonferma li l-Labour hu ħalliel, għaliex qal li hu bħall-ħalliel it-tajjeb li ssallab qrib Kristu. U dan fost iċ-ċapċip ta’ Clint Camilleri, li kien il-magħżul bħala l-Ministru ta’ Għawdex appena Robert Abela rebaħ il-ġlieda tal-Leadership.
Matul l-intervent tiegħu fl-attività politika, Joe Debono Grech qal li tal-Labour m’għandhomx minn xhiex jistħu mill-passat tagħhom, filwaqt li instiga lill-partitarji preżenti biex ma jibżgħux min-Nazzjonalisti.
Fl-aħħar snin, kemm ilu l-Labour fil-Gvern, Joe Debono Grech kien Konsulent, u kellu anke uffiċċju f’Kastilja biex jiltaqa’ man-nies.
//= $special ?>